Fr Alex Borg OFMIllum (Il-Ħadd) jintemm il-Kors ta’ Kana fil-Parroċċa tagħna. Nitolbu għall-għarajjes li attendew u għall-koppja Cuschieri li jgħenuhom tul il-kors. Fil-Quddiesa tad-9.30 am – tul ir-Randan kollu – it-tfal se jagħmlu mime tal-Vanġelu.

It-tfal u l-ġenituri huma mħeġġin biex jattendu. Fl-4.00 pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza.

It-Tnejn: Wara l-Quddiesa tad-9.00am jibda l-ewwel kors ta’ Eżerċizzi għal Kulħadd. Il-predikatur se jkun Dun Pawl Camilleri. Bejn il-5.00 u s-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali, ssir ir-registrazzjoni għall-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza. Tħallux għall-aħħar.

Il-Ħamis: Bejn it-8.00 u d-9.00am se jkun hawn Dun Victor Scicluna, Kappillan ta’ S. Girgor, dispost għall-Qrar. Ħudu din l-okkażjoni !!! Fil-5.00pm Adorazzjoni u fis-6.30 pm Lectio Divina.

Il-Ġimgħa: Fis-5.45pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
………………………………….

Fil-weekend li ġej nagħmlu l-ġabra b’risq is-Seminarju tal-Arċisqof.
………………………………….

Tinsewx tieħdu magħkom ir-rivista “Flimkien”.
………………………………….

Attivitajiet tal-festa

Illum (il-Ħadd) ser jsir High tea ġewwa l-Każin fl-4.00pm, prezz €12, li jinkludi kollox. Baqa’ l-aħħar 6 postijiet għal gita/ pellegrinġġ ġewwa Fatima / Lisbona u Madrid.

Din is-sena fil-wirja, li ser ssir fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, se jkun hemm xogħol ta’ganutell relatat mal-arti sagra kif wkoll xogħol ieħor ta’ din l-arti.

Qegħdin nitolbu sabiex min għandu xi xogħol tal-ganutell u jixtieq jesebixxih jkellem lil Brian Vigar. Napprezzaw ħafna l-għajnuna tagħkom.