Fr Alex Borg OFM
Il-Fraternita Franġiskana tawgura l-Festa t-Tajba lil kulħadd
………………………………….

ILLUM Jum il-Festa Titulari. Quddies: 6.30am, 7.15am, 8.30am – Quddiesa Pontifikali minn Mons. George Bugeja O.F.M., Vigarju Appostoliku ta’ Tripli bil-prietka minn Patri Twanny Chircop O.F.M., 11.00am u fis-6.00pm. Fis-6.45pm Għasar u wara purċissjoni immexxiJa mis-saċerdot novell Patri Clive Camilleri O.F.M.

Infakkru biex ma nħallux karrozzi pparjakati fit-toroq tal-purċissjoni u ma jintefgħawx karti fuq il-vara.

Nħeġġu lil kulħadd biex jieħu sehem attiv fiċ-ċelebrazzjonijiet fil-knisja u fit-toroq tagħna bi spirtu nisrani u ċivili.
………………………………….

Nirringrazzjaw minn qalbna lil P. Charles Diacono, P. Alex Borg, P. Tony Briffa u P. Stephen Sciberras tas-servizz li taw fil-Parroċċa tagħna u nagħtu merħba lil P. Alfred Tabone, P. Mark Enriquez u P. Paul Attard.
………………………………….

Il-Quddiesa tal-5.00pm ta’ nhar ta’ Sibt se titkompla anke matul is-sajf.

Is-Sibt : Il-Quddiesa tas-6.30pm se tiġi ċċelebrata mis-saċerdoti novelli Patri Clive Camilleri u Patri Ramon Farrugia O.F.M. u waraa jsir id-dħul tal-vara titulari fin-niċċa.
………………………………….

Attivita tal-festa

Se tiġi organizzata ġurnata Kemuna nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju. Tluq minn Tas-Sliema bi prezz €17. Biljetti mingħand Brian Vigar.