Posts by Administrator

3140 of 1322 items

IS-SITT HADD TAS-SENA – IL-HADD 5 TA’ MEJJU, 2024

by Administrator

1. It-Tlieta 7 ta` Mejju, il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Jitkellem P. Julian Sammut O.F.M. 2. L-Erbgħa 8 ta` Mejju, l-Festa tal-Madonna ta` Pompej. Fil-11.0am ir-Rużarju, fil-11.30am il-Quddiesa u nitolbu s-Supplika tal-Madonna. Filgħaxija jsir il-Pellegrinaġġ Nazzjonali f’Marsaxlokk. 3. Il-Ħamis 9 ta` Mejju, il-Kummissarju tal-Art Imqaddsa, P. Francesco Parton jmexxi ċelebrazzjoni tat-800 Sena mill-Għoti tal-Pjagi […]

IL-HAMES HADD TAL-GHID – IL-HADD, 28 TA’ APRIL, 2024

by Administrator

1. Ħassejna l-bżonn li nfakkrukom fl-importanza tas-Sagrament tal-Qrar, għax huwa mezz kif niksbu l-maħfra, l-faraġ u s-serħan fit-tiġrib tal-ħajja. Qabel kull Quddiesa aħna s-Saċerdoti nkunu disposti għall-Qrar wara l-Artal. 2. It-Tlieta 30 t’April, fil-Quddiesa tas-6.30pm se ssir il-Vestizzjoni ta` 15-il membru ġdid fl-Ordni Franġiskan Sekular. Wara jiltaqgħu għal Riċeviment ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 3. It-Tlieta wkoll […]

IR-RABA’ HADD TAL-GHID – IL-HADD, 21 TA’ APRIL, 2024

by Administrator

1. It-Tlieta 23 ta` April, il-Franġiskani Sekulari jiltaqgħu wara l-Quddiesa tas-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Peter Darmanin jitkellem dwar “ Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom”. Kulħadd jista` jattendi. 2. Il-Ħamis 25 ta` April, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa tas-6.30pm issir il-Lectio Divina. 3. Il-Ġimgħa 26 ta` April, se ssir Ikla b’risq il-Festa […]

IT-TIELED HADD TAL-GHID – IL-HADD, 14 TA’ APRIL, 2024

by Administrator

1. Laqgħa mportanti għall-ġenituri tat-tfal li ser jersqu għall-Ewwel Tqarbina f’Mejju li ġej, għada t-Tnejn 15 ta` April fis-6.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Il-ġenituri kollha mistennija jattendu, jkun hemm min jieħu ħsieb it-tfal waqt il-laqgħa. Nfakkru sabiex min għad għandu l-Karus ta` Mħabba b’risq Dar Bjorn, iġibu miegħu u jgħaddieh lill-Katekista. 2. It-Tnejn ukoll fis-7.00pm issir […]

IT-TIENI HADD TAL-GHID – IL-HADD, 7 TA’ APRIL, 2024

by Administrator

1. Illum il-Festa tal-Ħniena Divina, fil-5.30pm se jiġi espost Ġesu` Sagramentat għall- Adorazzjoni sal-Quddiesa tas-6.30pm. 2. It-Tnejn 8 ta` April, fid-9.30am issir il-laqgħa tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Fil-5.00pm jerġgħu jiftħu l-klassijiet tal-Katekiżmu. Nfakkru sabiex min għad għandu l-Karus ta` Mħabba b’risq Dar Bjorn, iġibu miegħu u jgħaddieh lill-Katekista. Niġbed l-attenzjoni tal-ġenituri biex iħossu d-dmir […]

IL-GHID IL-KBIR – IL-HADD, 31 TA’ MARZU, 2024

by Administrator

1. Il-Fraternita` Franġiskana tixtieq trodd ħajr lil dawk kollha li kienu involuti fit-tfassil u fit-tħejjijiet għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Anke lilkom li bil-presenza u bil-koperazzjoni tal-Komunita` Parrokkjali kollha, flimkien stajna nirċievu l-faraġ u s-sliem tal- Mulej Rebbieħ. L-Għid it-Tajjeb lilkom u lill-familji kollha tal-Parroċċa. 2. It-Tlieta 2 ta` April, il-Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus […]

HADD IL-PALM – IL-HADD, 24 TA’ MARZU, 2024

by Administrator

1. Il-Ġimgħa Mqaddsa nibdewha bil-Purċissjoni ta` Ħadd il-Palm, fid-8.45am bit-tberik taż-żebbuġ. Kulħadd jinġabar ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Il-Quddiesa fid-9.15am. Fl-10.00am tibda Via Sagra drammatizata mit-tfal u ż-żgħażagħ tal-Parroċċa fit-toroq madwar il-Knisja. Ejjew u agħtu sapport din l-iniżjattiva filwaqt li nieħdu l-messaġġ għal ħajjitna llum. Fil-11.15am ikun hawn il-Quddiesa minflok fil-11.00am. 2. It-Tnejn 25 ta` Marzu, fis-6.00pm […]

IL-HAMES HADD TAR-RANDAN – IL-HADD, 17 TA’ MARZU, 2024

by Administrator

1. It-Tnejn 18 ta` Marzu, jibdew l-Eżerċizzi għal kulħadd sal-Ġimgħa, jippriedka fil-Quddiesa tas-6.00pm, Patri Renald Loffreda. 2. It-Tlieta 19 ta` Marzu, Jum San Ġużepp. Il-Quddies ikun bħal fost il-ġimgħa. Fl-10.00am Bingo Breakfast fil-Każin Banda Sliema. Fl-3.45pm min ġej, trasport mis-Savoy Bus Stop għall-festa tar-Rabat u niġu lura fl-9.45pm. Booking mingħand Marianne Bonaci u Margaret Cini. […]

IR-RABA’ HADD TAR-RANDAN – IL-HADD, 10 TA’ MARZU, 2024

by Administrator

1. It-Tnejn 11 ta` Marzu, fid-9.30am il-laqgħa tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l-UffiċċjuParochialism. Fil-5.00pm it-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina f’Mejju li ġej issirilhom l-Ewwel Qrara. Inżommu fit-talb tagħna lil dawn it-tfal biex jersqu ħienja u jkomplu jirċievu dan is-sagrament. 2. It-Tlieta 12 ta` Marzu fl-4.30pm nitilqu mis-Savoy Bus Stop, Pellegrinaġġ għall-Kurċifiss ta`Ġieżu l-Belt. Ikollna l-Quddiesa fis-6.15pm. […]

IT-TIELED HADD TAR-RANDAN – IL-HADD, 3 TA’ MARZU, 2024

by Administrator

1. 13-Tnejn 4 ta` Marzu, fis-6.30pm il-laqgħa tal-Ushers bi tħejjija għall-Festi tal-Għid. 2. It-Tlieta 5 ta` Marzu, l-Irtir tar-Randan għall-Franġiskani Sekulari għand il-Klarissi mid-9.00am sal-12.00pm immexxi minn P. Julian Sammut O.F.M. Booking mingħand Peter Darmanin. 3. L-Erbgħa 6 ta` Marzu, stedina lill-Voluntiera tal-Festa biex wara l-Quddiesa tas-6.00pm jintramaw il-Vari tal-Passjoni fil-Knisja għall-Ġimgħa l-Kbira. 4. Il-Ħamis […]