1. It-Tnejn 5 ta` Mejju, fis-7.00pm jiltaqa l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.


2. It-Tlieta 6 ta` Mejju, l-O.F.S. jiltaqgħu għal-laqgħa minn P. Julian Sammut O.F.M. fis- 7.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd mistieden.

3. Il-Ħamis 8 ta` Mejju, il-Festa tal-Madonna ta` Pompei.
Fil-11.00am it-Talba tar-Rużarju quddiem Ġesu` Espost b’intenzjoni għall-Għażla tal-Papa l-ġdid u fil-11.30am il-Quddiesa bis-Supplika tal-Madonna.
Fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm Lectio Divina.

4. Il-Ħadd 11 ta` Mejju, niċċelebraw Jum l-Omm u fil-Parroċċa “Jum l-Abbatini” biex
nissensibilizzaw is-sehem bżonnjuż tat-tfal fil-qadi tal-Altar.
Nistiednu lill-Familji jġibu magħhom it-tfal u lill-ommijiet għall-Quddiesa tad-9.30am,
fuqhom insejħu l-Barka t’Alla u noffrulhom Tifkira.
Wara l-Quddiesa tal-5.00pm is-Sibt 10 ta` Mejju se jkun hemm Laqgħa Soċjali fuq iz-zuntier.

5. Infakkrukom fil-Pellegrinaġġ għal Assisi bejn il-21 u s-27 ta` Lulju.
Min għadu qed jaħsibha u jixtieq jiġi, jiddeċiedi sal-aħħar ta` Mejju.
Tistgħu tavviċinaw lill-Kappillan jew lil P.Julian, tagħtu depositu ta` €250 u kopja tal-passaport.

6. Nirringrazzjaw lill-Kummissjoni Festi għall-inizjattiva biex inxtara Lifter għall-armar tal-Knisja li tistgħu tarawh fil-Kappella ta` San Vinċenz. L-ispiża totali hija ta` €42,780.
Nirringrazzjaw lill-Fondi tal-Gvern għall-Kawżi Soċjali li ħallas €31,664 mill-ispiża.

7. Il-Fratellanza tal-Madonna tas-Sacro Cuor tavża li mill-ġimgħa d-dieħla jibda jsir il-ġbir tad-donazzjoni annwali ta` €5.
L-Erbgħa 28 ta` Mejju ssir il-Vestizzjoni tal-membri l-ġodda fil-Konfraternita` waqt il-Quddiesa tas-6.30pm.
Min hu interessat jissieħeb ikellem lil Joe Debono jew Marianne Bonaci.

8. Din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem, Charles Galea u Joseph Vidal.
Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta` dejjem……….

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433