1. It-Tnejn 26 ta` Mejju, fid-9.30am, laqgħa għall-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l- Uffiċċju Parrokkjali.
2. L-Erbgħa 28 ta` Mejju, it-Tielet Erbgħa ta` Tħejjija għall-Festa tal-Madonna.
Fis-6.00pm in-Novena tal-Madonna, u fis-6.30pm il-Quddiesa bil-priedka minn P. Frank Cini
M.S.S.P..
Fiha jiġu msieħba l-membri ġodda fil-Konfraternita` tal-Madonna.
Min jixtieq jissieħeb ikellem lil Joe Debono jew Marianne Bonaci.
Infakkru lill-membri biex iħallsu d-donazzjoni annwali ta` €5.
Nhar l-Erbgħa, mistiedna l-familji li joqgħodu fit-Toroq: Sant’Elena; San Karlu; Salvatur; Falzon, San Alfons; Leone, Kent u Isouard.
3. Il-Ħamis 29 ta` Mejju, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm, Lectio Divina.
4. Il-Ġimgħa 30 ta` Mejju, Lejlet is-Solennita`Liturġika tas-Sultana Tagħna u Padruna tal-Parroċċa, se ssir Ċelebrazzjoni għall-abbatini tal-Knejjes Franġiskani u t-tfal.
Niltaqgħu fis-5.45pm quddiem l-Uffiċċju Parrokkjali. Fis-6.00pm Manifestazzjoni bl-Istatwa tal-Madonna u daqq tal-marċi fit-Toroq: Dun Pawl Vella; il-Knisja; il-Karmnu; San Ġwann Battista u San Trofimu. Fis-6.30pm, il-Quddiesa bis-sehem tal-abbatini u l-Kor tat-Tfal.
Il-Festa tkompli fi Triq San Trofimu, b’ikel u logħob ghat-tfal.
Fit-8.00pm, Ikla b’Risq il-Festa mill-Kummissjoni Festi fil-Każin Banda Sliema. Booking miftuħ.
5. Is-Sibt 31 ta` Mejju, Jum is-Solennita` Liturġika tas-Sultana Tagħna.
Fid-9.0am, l-membri tal-Għaqdiet u l-Parruċċani mħeġġa jieħdu sehem fil-Quddiesa bit-Tifħir ta`Sbieħ il-Jum.
6. Il-Ħadd 1 ta` Ġunju, l-Ewwel Ħadd tax-xahar issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni li se ssir fuq barra tal-koppli u fuq wara tal-Altar Maġġur.
Napprezzaw li tibqgħu tgħinuna bid-donazzjonijiet ġenerużi tagħkom.
7. Il-Ħamis 12 ta` Ġunju se norganizzaw il-Pellegrinaġġ tal-Ġublew għall-Bażilika tal-Isla.
Ikollna Quddiesa u żjara lir-Redentur Mirakuluż għar-Rebħ ta` L-Indulġenza Plenarja.
Nitilqu fid-9.00am mis-Savoy Bus Stop. Booking €10 mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci.
8. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem: Doris Bartolo; Connie Grech; Rita Attard;
Ġuża Mc Nerney u Ġuża Bajjada.
Agħtihom Mulej ……………….
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments