Nemmen. . . . fix-Xirka tal-Qaddisin!

Hekk nghidu kull meta nistqarru l-Fidi taghna fil-Kredu ( mill -kelma ‘Credo’ ~ jiena nemmen)
F’hix qed nistqarru li nemmnu?

Bejn l-1 u t-2 ta’ Novembru ahna l-Kattolici nfakkru l-Qaddisin kollha bil kelma ‘Xirka’ ~ ghaqda, komunikazzjoni, shubija, bejn dawk li telqu qabilna fir-Raqda tas-Sliem u b’weghda u tama tal-Vizjoni Beatifika u dawk li gew iddikjarati li qeghdin igawdu din il-Vizjoni u gew imtella fuq l-altari biex ahna nersqu lejhom ghall-intercessjoni taghhom.

Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika jkompli jispjega li din ix-xirka tinkludi dawk kollha li huma mghammdin. Jiena, inti u kull min hu mghammed jaghmel parti minn din ix-Xirka u ghalhekk ahna wkoll qaddisin. . . “qaddisin in training,” “saints in process!” Fil-fatt l-ewwel insara kienu wkoll msejha “qaddisin”, kif naraw fl-Atti ta l-Appostli u fl-Ittri lir-Rumani (8:27) u lil-Korintin (6:1) u li fi kliem San Pawl jaghmlu parti mill-Gisem ta’ Kristu.

Ahna lkoll qeghdin fil-vjagg ta’ qdusija meta qed naghmlu parti mill-Knisja Pellegrina u fi kliem Papa Frangisku, flimkien naghmlu “komunita ta’ midinba mifdija.”

Ahna lkoll qeghdin fi vjagg ta’ qdusija.

Bhal kull vjagg iehor, matul dan il-vjagg, ahna wkoll ghandna bzonn ta’ tabelli li juruna d-direzzjoni  biex ma ndurux ma xi kantuniera zbaljata u nsibu ruhna f’xi ‘highway’ li f’ghajnejna tidher isbah u aktar facli.
Dawn gew minquxa f’qalbna mill- bidu ta’ l-ezistenza taghna u msahhin bil-qawwa ta’ l-Isprtu s-Santu fil-Maghmudja u fil-Grizma ta’ l-Isqof.

Dawn it-tabelli huma l-virtjiet fundamentali ta’ Fidi, Tama, u Mhabba!

Hija l-Fidi soda li hemm hajja ohra wara din u li Gesu biss jwassalna ghaliha, li zzommna shah bhala pellegrini mifdija.
It-Tama tibqa tiddiregina bix-xewqa  u fit-twemmin li bl-ghajnuna Divina naslu fis-Saltna mhejjija ghalina. Hija t-Tama li tibqa ssostnina meta naslu biex naqtghu qalbna u ncedu ghad-dubji u qtigh ta’qalb.
Imbaghad hija l-Imhabba li tissupera kull ostaklu u li tmexxina fil-Vjagg tal-Qdusija. Hija l-Imhabba li tqawwina biex nistqarru l-Mulej f’kull cirkostanza ta‘ hajjitna u li timmanifesta ruhha fl-Imhabba taghna lejn l-ohrajn. Il-Mulej Gesu jkompli jaghtina d-direzzjoni meta fl-Evangelju ta’ San Mattew (5:1-12) Huwa jsejjah ‘Imberkin’ dawk li jghixu l-Beatitudnijiet, li jzommuhom pellegrini fit-triq tal-qdusija.
Waqt li nibqghu naghmlu l-almu taghna, inhallu lil Mulej jiggustfikana, ma nahsbux li nistghu naslu wahedna, fi kliem Papa Frangisku “bi bravura taghna,” imma nintelqu fil-hniena u l-imhabba tieghu ghax kien Hu li salvana.

Matul dan il-vjagg taghna ejjew inzommu harsitna fuq l-Imghallem waqt li hu jhares lejna u jghidilna li Hu biss it-Triq, Il-Verita u l-Hajja ~ Il-Fanal li jdawwlilna hajjitna.

Il-Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna

Pauline Darmanin ofs