Il-Parroċċa tilqa’ l-Kwadru tal-Madonna tas-Saħħa.
1. Is-Sibt 29 ta’ Ottubru : Illum ingawdu fostna x-Xbieha tal-Madonna tas-Saħħa u nitolbuha tħares lill-Morda u l-Anzjani kollha tagħna.
2. Sbieħ il-Ħadd naqilbu għall-ħin tax-Xitwa.
Il-Quddies ta’ matul il-ġimgħa jkun fis-6.00pm.
Is-Sibt u l-Ħadd, il-Quddiesa tibqa’ fis-6.30pm.
3. It-Tlieta 1 ta’ Novembru : Festa tal-Qaddisin Kollha. 6.30pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju.
Jitkellem Peter Darmanin bis-suġġett “INT, taf min int?”
Tiġi segwita mill-webcam tal-Parroċċa.
4. L-Erbgħa 2 ta’ Novembru : Festa tal-Mejtin Kollha. 6.00pm Quddiesa bl-Omelija.
5. Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xaħar. Il-Patrijiet iżuru l-Morda u l-Anzjani tal-Parroċċa għall-Qrar u t-Tqarbin.
6.30pm Stella Maris : Ikun hemm il-Pussess tal-Arċipriet Dun Dennis Schembri.
6. Il-Ħadd 6 ta’ Novembru : 9.30am Preżentazzjoni tal-Kandidati li ser jirċievu s-Sagrament tal-Konfermazzjoni l-Ħadd ta’ wara. Imbagħad, il-kandidati flimkien mall-Membri taż-ŻSC ser jattendu Irtir fil-Kunvent ta’ Ġieżu, ir-Rabat.
7. l-Ġimgħa 11 ta’ Novembru :
Se nżuru ċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.
9.00am Tluq mis-Savoy Bus Stop.
Biljetti jiswew €5 mingħand Marianne Bonaci.
8. Il-Fondazzjoni tappella lil kulħadd :
Biex inħallu s-Santwarju aħjar milli sibnih.
Kull għajnuna hi apprezzata ħafna.
9. Tistgħu tibbukkjaw il-Quddies tal-Mejtin 2023.
U nfakkarkom fl-Envelopes.
10. Kors ta’ Kana jibda Jannar 2023 :
Il-Koppji jimlew il-Formola fl-Uffiċċju.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.