It-Trinita’ Mqaddsa
1. Il-Ġabra tal-Knisja b’risq il-Festa : Kienet €672. Nirringrazzjawkom.
2. Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju : 9.15am Purċissjoni mill-Kappella tas-Sagrament sal-Knisja.
9.30am Quddiesa li fiha 10 itfal se jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
Għal dakinhar biss, il-Quddiesa tal-11.00am issir fil-11.30am.
3. It-Tnejn 13 ta’ Ġunju : Festa ta’ Sant Antnin.
6.30pm Quddiesa.
Mistiedna l-Abbatini u t-Tfal. Ikanta l-Kor tat-Tfal.
Inbierku l-Ħobż ta’ Sant’Antnin.
Jittellgħu Rigali għat-Tfal u tingħatalhom ‘key-chain’ ta’ l-okkażjoni.
4. It-Tlieta 14 ta’ Ġunju : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. Taħdita minn Peter Darmanin bis-suġġett “Il-Ħarsa tal-Mulej tinfed il-qlub”. Kulħadd hu mistieden.
5. L-Erbgħa 15 ta’ Ġunju : Il-Grupp tal-Anzjani tal-Parroċċa ser jorganizza Ħarġa.
9.15am Tluq mis-Savoy Terminus għat-Topaz Hotel.
Ikollhom Kafe’ u Tombla u Buffet Lunch.
Lura fis-2.00pm.
Prezz : €25.
Bookings sat-Tnejn 13 ta’ Ġunju.
6. L-Erbgħa 8 ta’ Ġunju :
Is-Sitt Erbgħa bi tħejjija għall-Festa Titulari. 6.00pm Novena Perpetwa.
6.30pm Quddiesa, Priedka u Barka Sagramentali.
7. Il-Ħamis 16 ta’ Ġunju : 6.00pm Adorazzjoni.
7.30pm Kors ta’ Kana.
8. Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju : Festa ta’ Corpus Christi u Jum il-Missier. 10.30am Purċissjoni bis-Sagrament.
Mistiedna wkoll it-Tfal tal-Ewwel Tqarbina.
Il-Quddiesa tal-11.00am tkun ukoll fil-11.30am minħabba l-Purċissjoni.
9. Il-Kummissjoni Festi tavża : Li illum qed issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Festa. Nitolbukom tkunu ġenerużi.
10. Il-Fondazzjoni tirringrazzja : Lil numru sabih ta’ Parruċċani li qed jimpenjaw ruħhom li joffru 1Ewro fil-ġimgħa għall-Manutenzjoni tas-Santwarju.
S’issa nġabret is-somma ta’ €2,380 Ewro.
Id-donazzjonijiet jitpoġġew fil-Kaxxa tal-Fondazzjoni fil-Knisja.
11. Matul din il-ġimgħa fil-għodu :
Il-Kappillan ser jattendi għall-Aġġornament tal-Kleru.
L-Uffiċċju ma’ jiftaħx l-Erbgħa fil-għodu.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 7953 7719 / 2131 3505.