Darba wahda qrajt din l-istorja u forsi anke intkom gie li smajtuha jew qrajtuha:
Il-hmar u z-zunnerija
Mela kien hemm bidwi xwejjah li l-uniku mezz li kellu biex igorr it-tabijiet li kien ikollu kien naqra ta’ hmar. Imma dan l-imbierek ta’ hmar dahhalha f’rasu li ma jimxix aktar u ma riedx jaghti pass ‘l quddiem. Il-povru bidwi ikkonfonda u ma kienx jaf x’se jaqbad jaghmel. Ghamel minn kollox biex isuq il-hmar ‘il quddiem. Zieghel bih, ghajjat mieghu u anke pprova jcaqcaq il-frostin. Imma kollu ta’ xejn.
Ghalhekk erhielha jgerger u jilmenta ma shabu dwar dak li kien qieghed jinkwetah. Qabez wiehed minn shabu u ssuggerilu li jorbot zunnerija bi spaga ma lasta twila u jpoggieha quddiem ras il-hmar. Sema minnu. Ghamel hekk u ferah mhux ftit ghax il-hmar, b’xewqa kbira li jiekol dik iz-zunnerija, beda miexi. Miskin minn ghalih li se jilhaqha.
U din in- naqra ta’ storja iggielni nahseb ftit u nirrifletti. Forsi mhux ahna wkoll f’hajjietna naghmlu xi haga simili bhal dan il-hmar. Ghalkemm Alla l-Imbierek, fl-imhabba bla tarf Tieghu habbna bla qies u ghogbu jipprovdilna minn kollox biex nimxu ‘l quddiem biex nakkwistaw is-salvazzjoni taghna bqajna weqfin u ma ccaqlaqniex. Kieku kellna niktbu x’ghamel ghalina Alla u kemm tana gid kieku konna nimlew kotba shah. U xorta bqajna ma ccaqlaqniex.
Imbaghad naraw li l-bniedem, hafna drabi, mhux biss jitharrek imma jtir u jigri kemm jiflah lejn xi frugha li toffrilu d-dinja. Ezatt bhal dak il-hmar. Bhalma l-hmar li jimxi kemm jimxi anke jigri ma jista’ qatt jihaq dik iz-zunnerija, hekk ukoll dak il-bniedem li minn ghalih se jilhaq il-ferh u l-hena fil-gibdiet ta’ din id-dinja jsib li ma jista’ jilhaqhom qatt.
Sfortunatament id-dinja tofri lill-bniedem hafna illuzjonijiet li hafna drabi jaqa’ ghalihom, jinsa kollox, jinsa l-valuri li trabba fihom, it-taghlim li tghallem sa minn twelidu u jigri wara dik il-karrotta. Imma jfittex kemm ifittex ma jsib qatt dik l-hena tant mixtieqa. Isimhom maghhom – illuzjonijiet.
Il-ferh u l-hena taghna nsibuhom biss fis-Sinjur Taghna Gesu’ Kristu. Kull min jemmen fiH, jerfa’ salibu u jimxi warajH, jghozz it-taghlim Tieghu u jipprattikah fil-hajja tieghu, dan mhux biss ikun ferhan f’din id-dinja imma certament li anke meta tghaddi il-hajja ta’ din id-dinja jibqa’ jgawdi il-ferh u l-hena li Hu biss jista’ jaghtina fl-eternita.
“Jiena it-Triq, il-verita u l-hajja”, jghidilna l-Imghallem.
Insellmilkom u nawguralkom l-Ghid it-Tajjeb.
Joe Debono ofs
0 Comments