IL-FESTA TAL-LUNZJATA

Nhar il-Gimgha, 25 ta’ Marzu, l-Knisja Universali ticcelebra b’solennita kbira il-Festa tat-Thabbira tal-Mulej.

Jiena iben il-Parrocca ta’ Hal Tarxien, dedikata lil Marija Annunzjata.

Ta’ hames snin ghamilt l-ewwel priedka tieghi f’hajti, fil-Parrocca ta’ Marsaxlokk. Haduni hemm is-socji tal-Museum ta’ Hal-Tarxien.

Ghadni niftakar kif kienet tibda dik l-imbierka priedka:
“Ilu ga ghoxrin seklu minn meta l-Anglu tas-sema l-aktar sabih, l-Anglu Gabriel gie mibghud mis-sema gewwa belt tal-Galilea, jisimha Nazzaret ghand xebba jisimghha Marija, mgharrsa ma ragel jismu Guzeppi mid-Dar ta’ David ecc.” Illum nifhem ghaliex dik il-priedka bdejtha bil-grajja tat-Thabbira ta’ l-Anglu Gabriel lil Marija ta’ Nazzaret.

Din il-grajja straordinarja nsibuha fid-dettal fl-Evangelju ta’ San Luqa.

“F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti sa tnissel fi ħdanek u jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin il-Għoli, u l-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru; u jsaltan fuq dar Ġakobb għal dejjem, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.” Iżda Marija qalet lill-anġlu: “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?” Weġibha l-anġlu u qalilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek; u għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jkun jissejjaħ Bin Alla. U ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, hija wkoll nisslet iben fi ħdanha, u dan huwa s-sitt xahar għaliha li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal; għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.” Imbagħad qalet Marija: “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek!” U l-anġlu telaq minn ħdejha.”

Il-Qaddej t’Alla, Mons Guzeppi De Piro, Fundatur tas-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) jaghmel din ir-riflessjoni:

“Marija kellha aktar fidi mill-bnedmin u l-anġli kollha!
Marija rat lil binha fl-istalla f’Betlem, u emmnet li Hu l-Hallieq tad-dinja. Ratu jaħrab minn Erodi, u emmnet li Hu ir-Re tar-Rejjiet. Ratu jitwieled, u emmnet li Hu etern. Ratu fqir imfisqi fuq it-tiben, u emmnet li Hu Omnipotenti. Ratu jitkellem, u emmnet li kien l-Għerf innifsu. Semgħetu jibki, u emmnet li Hu kien il ferħ tas-sema! U meta ratu fuq il-kalvarju, u l-fidi ta’ kullħadd instabet nieqsa, emmnet li Hu Alla. Fiċ-Cenaklu wara il-Qawmien mill-imwiet, kienet Marija li żammet ħajja l-fjamma tal-fidi fil-qalb tal-Appostli.” – Ġużeppi De Piro

Nhar il-Gimgha nimmeditaw ftit fuq dik l-IVA ta’ Marija. “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek!”

Imbierka dik l-IVA ta’ Marija ghax ma’ dik l-IVA, l-Iben t’Alla sar bniedem bhalna, u ghammar fostna.

“Et Verbum caro factum est et habitavit in nobis” (Jo 1,14).

Marija ta’ Nazzaret hija s-Sultana taghna tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu.

Viva Marija Annunzjata. Viva Dejjem!

Peter Darmanin ofs