Gheziez huti fi Kristu u San Frangisk,

Ghadna kif iccelebrajna l-Milied Mqaddes u l-festa tal-Familja Mqaddsa.  Issa qed nippreparaw ghac-celebrazzjoni ta’ l-ewwel tas-sena. Kull ma naghmlu u niccelebraw dejjem irriedu nippreparaw ruhna ghalih.  Hekk ghamel Gwanni l-Battista – hu pprepara t-triq ghal migja ta’ Gesu.
Qrajna fil-Vangelu ta’ erbat ihdud ilu kif il-Battista kien bla waqfin jintroduci l-Gesu lil poplu, isejjah ghall-indiema taghhom u jaghmmidhom. Hsiebijitu u harstu kienu dejjem iffissati lejn Gesu, lejn dak li kellu jigi. Gwanni qatt ma gieghel lil hadd biex ifittex lil Alla, bhal ma Alla stess qatt ma sfurzana biex nimxu warajH.  Alla ried li l-bniedem imur ghandu bil-liberta tieghu. Minflok Hu jistiedinna biex nimxu warajH.  Fl-ahhar mill-ahhar l-ghazla hija taghna.
Kull gurnata l-Mulej jistiedinna biex nimxu warajH.  Permezz tal-gmiel tan-natura u l-imhabba tal-familja Huwa jsejhilna.  Ix-xoghol ta’ l-arti, is-sbuhija ta’ l-arkitettura, il-musika sagra, il-kant u l-liturgija tal-Kelma kollha jressquna lejn xi haga l-fuq mill-ordinarju u jigbduna eqreb lejn dak  li l-qalb taghna hija accana ghalih.  Nistaqsu lilna nfusna jekk ahniex, permezz ta’ l-Iskrittura Mqaddsa, nisimghu l-vuci ta’ dak li habbna sal-mewt tas-salib.  Huwa kontinwament isejhilna u bil-pacenzja kollha joqghod jistenna r-risposta taghna.
La darba nirrispondu ghas-sejha Tieghu, bhal San Gwann il-Battista, nkunu nistghu naqsmu l-messagg ma’ haddiehor.  Bil-kliem u bl-azzjonijiet taghna, haddiehor ikun jista’ jisma u jara kif il-Mulej jghix go fina u  kif jittrasformana – specjalment bil-prezenza ewkaristika Tieghu nistghu nkunu ta’ dawl ghal haddiehor f’din id-dinja mudlama billi naqsmu l-Vangelu ma l-ohrajn.
J’Alla li nkunu qalb wahda ma’ Kristu biex nikkonfrontaw, kemm jekk tajjeb u kemm jekk hazin, dak kollu li se ggib maghha is-sena l-gdida. Bl-ghaqda ma’ Kristu u b’fiducja ghamja fiH, zgur li se jkollna s-sahha li ghandna bzonn biex nikkonfrontaw kull ghawg jew problema li se nesperjenzaw.
Dan huwa l-ahhar messagg ghal din is-sena. J’Alla nispiccawha b’wicc il-gid u nibdew sena ohra mimlija b’hafna barkiet mis-sema.
Is-sena t-tajba lil kulhadd.
Cecilia Attard OFS
Fraternita Sliema