FESTA TAS-SULTANA TAGĦNA TAL-QALB TA’ ĠESU’
1. Ninsabu fil-Weekend tal-Festa tas-Sultana Tagħna :
Il-Kommunita’ Franġiskana flimkien mall-Kummissjoni Festi tirringrazzja lil kull min qed jieħu sehem fil-Festa.
Il-Predikaturi Fr Stefan Attard u Fr Andrew Galea ofm conv. ħaqqhom prosit.
2. Is-Sibt 3 ta’ Lulju : 9.00am Quddiesa bil-Kant tat-Te Deum. 6.00pm Translazzjoni Solenni immexxieha mill-Vigarju Provinċjali Patri Marcello Ghirlando ofm.
6.30pm Quddiesa konċelebrata.
3. Il- Ħadd 4 ta’ Lulju : Jum il-Festa.
7.00am Quddiesa bit-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.
9.00am Konċelebrazzjoni Solenni mill-Vigarju Provinċjali Patri Marcello Ghirlando ofm.
Jinseġ il-Paniġierku Mons. Joseph Sultana, Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex.
5.30pm Rużarju. 6.30pm Quddiesa bil-Kant tas-Salmi tal-Għasar.
4. Fr Stephen Sciberras ofm u Fr Mark Ciantar ofm :
Nifirħulhom għax f’dan il-weekend qed jiċċelebraw il-25 Sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali.
5. Is-Sibt 3 ta’ Lulju : Beda l-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni tagħna f’Ruma. Nitolbu għal Provinċjali miġbura u għall-Għażla tal-Ministru Ġeneral il-ġdid.
6. L-Erbgħa 7 ta’ Lulju : 6.30pm Quddiesa mill-Isqof Awżiljarju Mons Joe Galea-Curmi f’għeluq ix-xahar mill-mewt tad-Dumnikan Patri Ġwann Xerri, Missjunarju fil-Brażil.
Patri Ġwann hu iben tal-Parroċċa tagħna. Kulħadd hu mistieden.
7. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali: “IL-Ħbieb Tas-Santwarju”, tilqa’ bi pjaċir l-ewwel għoxrin membru attiv fis-Soċjeta, filwaqt li tħeġġeġ oħrajn biex jissieħbu fl-Għaqda. Il-mira tagħna hi li sa l-aħħar tas-sena nilħqu il-mitt membru attiv.
8. Il-Kummissjoni Festi tavza : Li l-ġabriet speċjali b’risq il-festa li saru fil-knisja f’żewg weekends, kienu Euro 674.00.
Grazzi tal-ġenerożita’ tagħkom.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.