1. Nhar il-Ħadd li għadda kien Jum is-Sejħa Franġiskana : Grazzi talli lqajtu lill-
Kandidati li qedin fil-formazzjoni. Grazzi tat-Talb kif ukoll tal-Ġabra ġeneruża.
Il-Ġabra kienet €1486.85. Patri Clive u Fra Lorrie bagħtu jirringrazzjawna.
2. Dan il-Weekend, il-Ħadd 23 ta’ Mejju : Niftakru fis-Seminaristi kemm fit-Talb
tagħna kif ukoll fil-Ġabra tas-Seminarju.
9.30am Nippreżentaw it-Tfal tal-1 Tqarbina lil Komunita’.
3. It-Tlieta 25 ta’ Mejju : 7.00pm L-OFS ser ikollhom taħdita hdejn l-Ufficcju tal-Kappillan, minn Tony
Mahoney bis-suġġett: “It-tagħlim hu għajn ta’ kull għerf”. Il-Laqgħa hi miftuħa
għal kulħadd. 7.00pm Fil-Knisja ser isir ir-Rehearsal tal-Ewwel Tqarbina.
4. L-Erbgħa 26 ta’ Mejju : Inkomplu bl-Erbgħat bi tħejjija għall-Festa Titulari tal-
Madonna. Il-Predikatur huwa Fr Stefan Attard.
5. Il-Ħamis 27 ta’ Mejju : 6.00pm Adorazzjoni Ewkaristika b’tema Marjana bi
preparazzjoni għal Festa Liturġika tas-Sultana Tagħna.
Waqt il-Quddiesa issir il-Vestizzjoni tal-Fratelli u Konsorelli fil-Fratellanza tal-
Madonna. Min hu interessat javża lil Tony Vidal jew lil Marianne Bonaci sa nhar l-
Erbgħa.
7.30pm Kors ta’ Kana ‘online’. Nitolbu għall-Għarajjes.
6. Il-Ġimgħa 28 ta’ Mejju : Festa Liturġika tas-Sultana Tagħna.
6.00pm Novena tal-Madonna. 6.30pm Quddiesa Konċelebrata bl-Omelija.
Wara titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
L-Abbatini huma mistiedna jattendu.
7. Il-Ħadd 30 ta’ Mejju : Festa tat-Trinita’ Mqaddsa. 9.30am 13 il-Tifel u Tifla ser
jirċievu l-1 Tqarbina. Il-Quddiesa tal-11.00am tkun fil-11.30am.
8. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent : Ghandha bzonn numru ta'
persuni jew familji li lesti joffru 5 jew 10 euros fix-xahar b’rizq is-Santwarju. Min hu
nteressat huwa mitlub jikkuntatja lil Peter Darmanin fuq in-numri 2141 4750 jew
9976 2775.
9. Il-Kummissjoni Festi : F’dan il-weekend qed torganizza Bazaar fis-sala tal-kazin
quddiem il-knisja.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments