Gheziez hbieb,

Kien hemm zmien meta konna bdejna nserrhu xi ftit mohhna li l-Coronavirus se jibda jbatti! Ma tantx domna sakemm in-numri regghu bdew telghin. Daqsxejn ta mikrobu li ma jidhirx, hlief taht il-mikroskopju fil-laboratorju u gab id-dinja gharkubtejha!
Thassru pjanijiet ta’ safar, ta’ tigijiet, ta’ attivitajiet, ghalqu postijiet tax-xoghol, l-edukazzjoni ta’ tfal u zghazagh hadet xejra differenti, pajjizi mad-dinja kollha jissieltu biex isalvaw l-ekonomija.  Tobba u nersis fl-isptarijiet, b’kuragg fuq quddiem jahdmu bla heda biex isalvaw il-hajjiet.

Il-Coronavirus huwa ghadu li ma jidhirx imma tefa’ d-dinja kollha f’taqliba ta’ prioritajiet li qatt ma konna hsibna fihom.
Trid jew ma tridx, xi ftit jew wisq kulhadd dahal f’qoxortu b’modi differenti.
Hemm min dahal f’mod ta’ hsieb mibni fuq pessimizmu, li jwassal ghal hsiebijiet ta’ dieqa, ta’ qtiegh il-qalb, biza ta’ mewt minn mument ghall-iehor, biza li tipparalizza u tasal biex wiehed jitlef l-iskop tal-hajja. Ghal kuntrarju, ohrajn dahlu f’mod ta’ hsieb, maghgun mill-edonizmu, li jaslu ghal konkluzjoni li wiehed jaqbillu jgawdi kemm jiflah ghax “ghada ma nafuhx.”

Temmen x’temmen tlett regoli gew stampati f’mohhna:
Ilbsu l-maskri. ahslu jdejkom, zommu d-distanza socjali.
Biex insibu l-bilanc bejn il-pessimizmu u l-edonizmu hemm bzonn li nhaddmu dawn it-tlett principji bil-kuntrarju! Ma fhimtunix hazin!
Hemm bzonn innehhu ‘maskri’ li forsi bla ma nafu stajna lbisna biex nidhru ahjar ma’ dawk ta’ madwarna, biex inhossuna importanti u niskopru l-agendi mohbija li hallejna jinbtu u jsawwru hsiebijietna.  Innehhu l-‘maskri’ biex nindunaw li tbeghdna mill-onesta u s-sincerita tal-veru ‘Jien min jien’.

Kemm smajna  biex nahslu jdejna bl-ilma u s-sapun u nibqghu norkuhom ghal certu hin! Imma ma nistghux ‘nahslu idejna’ mill-wegghat mill-isolament ta’ xi whud minn dawk ta’ madwarna. Irridu nibqghu jimpurtana u nsibu mezzi biex nuru li jimpurtana permezz ta’ kuntatti virtwali b’mezzi ta’ teknologija. Meta nifthu qalbna ghall-ohrajn, il-Mulej jghidilna “nnehhi minn gisimkom il-qalb tal-gebel u naghtikom qalb tal-laham flokha.” (Ez. 36, 27)

Filwaqt li  nibqghu nosservaw ir-regola tad-distanza socjali f’kull post li nkunu, ma nistghu qatt insibu bilanc f’hajjitna jekk ahna nzommu d-distanza minn Gesu!  Din ir-regola trid tigi mwarrba jekk ahna rridu nsibu l-paci, s-serenita u skop ghal hajjitna. Irridu noqorbu lejH biex mhux biss insiru nafu fuqu, imma nsiru nafuH. U meta nsiru nafuH mill-qrib, nifhmu ahjar xi jrid minna, ngharfu l-‘ispalla’ li Hu joffrilna biex jghinna ngorru l-piz li hafna drabi niltaqghu mieghu f’hajjitna.

Hekk nersqu biex inkunu maghduda ma dawk li jkollhom is-sinjal fuq gbinhom, u nkunu wkoll denji li ngorru dejjem is-sinjal tat-TAU, is-simbolu Frangiskan. (Ez. 9, 4)

Il- Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.

Pauline Darmanin ofs.