1. It-Tlieta 28 ta’ Jannar : 6.30pm L-OFS ikollhom il-laqgħa tagħhom bit-tema: “Min hu l-għaġeb tal-Presepju?” Jitkellem Tony Mahoney. Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd.

2. Il-Ħamis 30 ta’ Jannar : 7.30pm Kors ta’ Kana fiċ-Ċentru Sant Antnin.

3. Is-Sibt 1 u l-Ħadd 2 ta’ Frar : Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej (il-Gandlora). Isir it-Tberik tax-Xema’ is-Sibt fis-6.30pm u l-Ħadd fid-9.30am.

4. It-Tlieta 11 ta’ Frar : 10.00am Quddiesa għall-Morda fil-Knisja ta’ S.Tereza, B’Kara fl-okkazzjoni tal-Jum Dinji tal-Morda u tal-1 Dehra tal-Madonna f’Lourdes.

5. Is-Sibt 15 ta’ Frar : L-Assembleja Parrokkjali. Ħudu l-Invit minn fejn il-Bibien tal-Knisja, imlew id-dettalji u poġġuhom fil-kaxxa taħt il-Pulptu. Tħallux għall-aħħar.

6. It-Tnejn 24 ta’ Frar : 6.00pm Il-Ġenituri tal-Abbatini ser jorganizzaw Festin tal-Karnival għal kulħadd. Biljetti mill-‘Bookshop’ jew mingħand il-Ġenituri tal-Abbatini.

7. Is-Somma miġbura sa issa għal-Lift tal-Knisja/Kunvent : €5,5000. Dan hu proġett urġenti ħafna u kull għajnuna, żgħira kemm hi żgħira hi apprezzata. Grazzi tal-ġenerożita’.

8. Liturġija tal-Ħadd bl-Ingliż hi available : Tinsab fuq il-mejda fil-ġenb fejn in-niċċa tas-Salib grazzi lil David Pace O’Shea. Sunday Liturgy in English is available thanks to David Pace O’Shea. Foreigners can take a copy from the table at the side door.

9. Il-Kummissjoni Festi tavża :
• Is-Sibt 25 u l-Ħadd 26 ta’ Jannar : 8.00am – 8.00pm Bazaar fid-Dar Sta Chiara, Triq San Ġwann Battista ma Manwel Dimech.
• Ser jerġgħu jitqassmu l-bukketti tal-ward u l-fjuri lil Maħbubin u Familjari f’Jum San Valentino. Min jixtieq jibgħat xi bukkett, ikellem lil Brian Vigar.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm

Kappillan

Mob:- 7953 7719.