- Illum il-Ħadd 27 ta’ Ottubru, bejn it-8.30am u s-1.00pm, fi Pjazza Sir Adrian Dingli ser ikun hemm il-Mobile Van tal-Bank tad-Demm. Kull min għandu bejn it-18 u t-63 sena u jinsab f’saħħtu u jixtieq jagħti d-demm, jista’ jagħmel dan billi jieħu miegħu jew l-I.D. Card, jew il-passaport jew il-liċenzja tas-sewqan. Għal aktar informazzjoni araw il-poster li hemm fin-noticeboards tal-Knisja.
- Mill-ġimgħa d-dieħla l-Quddiesa ta’ filgħaxija mit-Tnejn sal-Ġimgħa tkun fis-6.00pm u mhux fis-6.30pm.
- Il-Ġabra Speċjali li għamilna b’risq il-Missjoni fil-Quddies tas-Sibt u l-Ħadd li għadda kienet ta’ €851.64. Mill-envelopes li tqassmu s’issa daħlu €359.96 għal total ta’ €1,211.60. Dawn sejrin jinqasmu bejn l-Uffiċċju Missjunarju u s-Segretarjat tal-Evanġelizzazzjoni u Missjoni tal-Provinċja tagħna li għandha missjoni fil-Ħonduras b’żewġ isqfijiet u żewġ saċerdoti franġiskani.
- Il-Grupp ‘Emmaws’ javża li nhar it-Tlieta, 29 ta’ Ottubru ser issir laqgħa għal dawk kollha li għamlu l-Vestizzjoni u l-Professjoni fl-Ordni Franġiskan Sekular. Preżenti għal din il-laqgħa ser ikun hem mil-Ministru Nazzjonali l-ġdid u membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ordni Franġiskan Sekular. Il-laqgħa issir bħas soltu fiċ-Ċentru Sant’Antnin fis-7.00pm. Kull min huwa insteressat jista’ jattendi.
- Il-Kummissjoni Parrokkjali Anzjani qed torganizza rtir ta’ nofs ta’ nhar, nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Ottubru, ġewwa Porziuncola Retreat House, Baħar-iċ-Ċagħaq. Tluq mis-Savoy Bus Stop fid-9.00am. Min huwa interessat javża lil xi membru tal-Kummissjoni.
- Nhar il-Ħamis, lejliet l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, it-tema ta-Adorazzjoni tkun “il-Ħniena Divina”. Il-Ġimgħa, Ġesu’ Sagramentat ikun espost fil-5.00pm. Wara l-Quddiesa jkollna l-Lectio Divina u nagħlqu bil-Barka Sagramentali fis-7.15pm.
- Nhar il-Ħadd li ġej il-Quddiesa tal-11.00am ser tkun animata mill-Kor MITTE RIMANDA, kor mill-Estonja magħmul minn 46 persuna, li jinsab Malta għal Festival tal-Korijiet. Wara l-Quddiesa il-Kor ser jagħti kunċert qasir ta’ għoxrin minuta. Inħeġġukom ħafna tipprofittaw ruħkom u tattendu għal din l-okkażjoni speċjali.
- Attivita’ b’risq il-Festa. Il-mawra għal Sqallija li qed tiġi organizzata għal nhar is-Sibt 2 ta’ Novembru, issa hija fully booked. Infakkrukom li qegħdin niġbru l-affarijiet għal Bazaar ta’ Novembru. Min jixtieq jista’ jċempel fuq in-numru tl-mobile li hemm fin-noticeboard. Fil-bibien tal-Knisja matul din il-ġimgħa ser ikun hemm qfief għal min jixtieq ukoll iġib xi oġġetti tal-ikel u preserves biex jinbiegħu fil-Bazaar. Grazzi bil-quddiem.