1. Il-Ġabra Speċjali li għamilna b’risq il-Knisja fil-Quddies tas-Sibt u l-Ħadd 5 u 6 ta’ Ottubru, kienet ta’ €684.30. Dan il-weekend poġġejna kopja tal-permess tal-MEPA fin-notice board li hemm mal-ġenb tal-Knisja fejn mistenni jibda’ x-xogħol fil-jiem li ġejjin. Waqt li minn qalbna nirringrazzjawkom tal-ġenerożita’ kbira tagħkom, inħeġġukom titolbu sabiex dan ix-xogħol jibda’ u jintemm b’wiċċ il-ġid mingħajr ħadd ma jweġġa. Fl-istess ħin niskużaw rwieħna għal kull inkonvenjent li jista’ jinqala’ sakemm ix-xogħol jintemm.
  2. Infakkrukom li bdejna nieħdu l-booking tal-Quddies għas-sena d-dieħla. Min jixtieq jibbukkja jista’ jiġi jagħmel dan fl-uffiċċju parrokkjali nhar ta’ Tnejn bejn il-5.00pm u s-7.00pm jew l-Erbgħa bejn d-9.30am u l-11.00am. Ħdejn il-bibien tal-Knisja issibu wkoll l-envelopes għall-Quddies għall-mejtin, illi nagħmlu matul ix-xahar ta’ Novembru filgħaxija. Min jixtieq jikteb xi qraba, benefatturi u ħbieb mejtin biex isir suffraġju għalihom f’dawn il-Quddies, jista’ jieħu envelope u jirritornah il-Knsija.
  3. Infakkrukom ukoll fil-ħarġa li sejrin nagħmlu nhar is-Sibt 2 ta’ Novembru, sejrin nagħmlu għat-tfal. Min jixtieq jiġi jista’ jiġbor formola mis-sagristija u jgħaddiha lill-Rita Mifsud jew lill-Tessie Spiteri jew lill-Kappillan sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħadd 27 ta’ Ottubru.
  4. Nhar il-Ħadd 27 ta’ Ottubru bejn it-8.30am u s-1.00pm, fi Pjazza Sir Adrian Dingli ser ikun hemm il-Mobile Van tal-Bank tad-Demm. Kull min għandu bejn it-18 u t-63 sena u jinsab f’saħħtu u jixtieq jagħti d-demm, jista’ jagħmel dan billi jieħu miegħu jew l-I.D. Card, jew il-passaport jew il-liċenzja tas-sewqan. Għal aktar informazzjoni araw il-poster li hemm fin-noticeboards tal-Knisja.
  5. Attivita’ b’risq il-Festa. Nhar il-Ħadd li ġej 27 ta’ Ottubru, bejn l-109.00am u nofs sejrin niġbru l-envelopes bid-donazzjoni għall-pavaljuni ta’ Triq Santa Marija. Min ma jkunx id-dar huwa ġentilment mitlub li jħalli l-envelope fil-kaxxa tal-ittri ta’ numru 99 fl-istess triq. Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-ġenerożita’ tagħkom.
  6. Il-booking għall-Sqallija fit-2 ta’ Novembru issa huwa magħluq għax il-postijiet ittieħdu kollha.