Fr Alex Borg OFMILLUM qed niċċelebraw il-FESTA TAL-ĦNIENA DIVINA. Ser ikun hawn Adorazzjoni fil-5.30pm u wara Quddiesa fis-6.30pm. Fis-7.30pm ser jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza.

It-Tnejn: Fid-9.30am laqgħa għall-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

It-Tlieta: Jitkomplew t-tberik u ż-żjarat tal-familji fi Triq Viani.

L-Erbgħa: Fid-9.30am fiċ-Ċentru Parrokkjali, il-Kummissjoni Anzjani ser torganizza taħdita dwar il-Wasteserv. Kulħadd huwa mistieden.

Il-Ħamis: Fil-5.30pm ikun hawn Adorazzjoni u fis-7.00pm Lectio

Fl-20 t’April il-Kunsill Lokali ser jibda jorganizza kors b’xejn : Għaqal id-dar, ħajja aħjar. Aktar tagħrif jinkiseb mill-Kunsill Lokali.