Nagħtu merħba lil Fra Lorrie Zerafa, li minn din il-ġimgħa inqagħad mal-Fraternità Franġiskana tagħna.
It-Tlieta: Fis-6.00pm jkomplu ż-żjarat u tberik tal-familji fi Triq Ġanni Benċini.
L-Erbgħa: Il-Kummissjoni Anzjani ser torganizza ikla għall-anzjani. Tluq fid-9.30am mis-Savoy Bus Stop.
Il-Ġimgħa: Fis-6.30pm ser issir Adorazzjoni fil-kappella ta’ S. Baskal organizzata mill-Ordni Franġiskan Sekular.
Il-Ħadd li ġej ser niċċelebraw s-Solennita tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl.
Nhar il-21 ta’ Frar, l-Unita 10 ser torganizza jum ta’ riflessjoni għall-Gradwati fil-Parroċċa tal-Balluta. Aktar tagħrif qed jidher fin-noticeboard.
Min beħsiebu jiġi, għandu jinkiteb fis-sagristija.
Żommu d-data tal-Ħadd, 13 ta’ Marzu libera. Il-Parroċċa tagħna se torganizza għall-ewwel darba Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza, b’riżq id-Dar tal-Providenza. Id-dettalji jingħataw il-ġimgħa li ġejja. Itolbu għas-suċċess ta’ din l-inizjattiva ġdida għall-Parroċċa tagħna.
Attivitajiet tal-festa
Illum qed isir il-bazaar fiċ-Ċentru Parrokkjali bejn it-8.00am u t-8.00pm. Hemm ħafna affarijiet għall-bejgħ.
Il-Ġimgħa fis-7.30 pm ser issir Pizza Bingo Night fis-sala tal-Każin fuq. Prezz ta’ €10. Il-bingo tal-Erbgħa ser issir bħas-soltu.
Is-Sibt u l-Ħadd ser isir il-Cake Sale fuq iz-zuntier fil-ħinijiet tal-quddies.
Min jixtieq joffri xi cake biex jinbiegħ, jista’ jġibu dakinhar stess fuq iz-zuntier.
Mary Mifsud twieldet għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
0 Comments