Alla jinqeda bina biex iwassal kelmtu!

1. Il-Kor Parrokkjali : Prova tal-kant nhar it-Tnejn 22 ta’ Jannar fis-6.30pm. Napprezzaw membri godda.

2. Laqgha dwar Patri Avertan Fenech O.Carm : Li tieghu bdiet il-kawza tal-Beatifikazzjoni. Jitkellem Patri Charlo Camilleri O.Carm fis-Sala tal-OFS, hdejn l-Ufficcju tal-Kappillan, nhar it-Tlieta 23 ta’ Jannar fis-6.30pm. Kulhadd hu mistieden.

3. Nigbed ftit l-attenzjoni dwar :
a. Uzu ta’ Mobiles fil-Knisja li jtellfu hafna. Naghmluhom ‘silent’.
b. Il-Mejda fejn il-Bieb ta’ barra qed jingieb materjal skadut u saret mejda tal-imbarazz. Nibda nitlob li min ikollu xi affarijiet anke Avvizi biex jiddendlu fin-Notice Board, jghadduhom lil Kappillan u jpoggihom hu.
c. Il-Ministri tal-Ewkaristija f’kull Quddiesa jitilghu fuq l-Artal waqt il-Haruf t’Alla u jahslu jdejhom mill-ewwel fuq l-artal.
d. Ministeri fi hdan il-Knisja jinfurmaw dejjem lil Kappillan kull attivita’ li tkun ser tigi organizzata.

4. Maghmudijiet : Isiru l-ahhar Sibt ta’ kull xahar fil-quddiesa tal-5pm. Tithalla fid-diskrezzjoni tal-Kappillan li ssir hin iehor ghal ragunijiet partikulari. Il-genituri ghandhom jiltaqghu fl-Ufficcju mal-Kappillan biex jirregistraw it-tarbija. Imbaghad, il-Genituri u l-Parrini jattendu ghal Laqgha ta’ Preparazzjoni ma Fra Lorrie.
Dak in-nhar tal-laqgha jingiebu l-Permessi bil-miktub tal-Parrini minghand il-Kappillani taghhom.

5. Kummissjoni Festi tavza :
a. Li s-Sibt 27 u l-Hadd 28 se jsir l-Bazaar fil-kazin faccata tal-knisja, mit-8.00am sat-8.00pm. Issibu hafna affarijiet ghal bejgh bi prezzijiet irhas.

b. Nhar it-Tlieta 30 ta’ Jannar se jsir coffee morning fic-Centru Sant’Antnin fl-10.00am. Prezz 12-il Ewro li jinkludi loghob tal-bingo u l-ikel. Il-qliegh se jmur ghall-manutenzjoni tal-kunvent.

Il-Mulej Jaghtikom is-Sliem.

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
7953 7719.