Il-Fidi hija Rigal t’Alla l-Missier!

1. Il-Kappillan jirringrazzja lil Mulej u lis-Sultana Taghna : Li ta l-grazzja li mama’ harget mill-isptar wara z-zmien kritiku li kienet fih. Grazzi mill-qalb lil kull min ta s-support f’dan iz-zmien. Il-Kappillan jerga’ jibda jkompli bl-impenji tieghu u jkun ukoll fl-Ufficcju Parrokkjali minn nhar it-Tnejn.

2. Il-Kandidati li f’Novembru ser jircievu l-Grizma tal-Isqof : Qed issirilhom is-sejha biex jissiehbu mal-Pre-Teens. Laqghat ta’ preparazzjoni jsiru nhar ta’ Erbgha mill-5.00pm sas-6.30pm. Ikkuntattjaw lil Kappillan jew lil Antoinette Laferla.

3. Sena Kateketika 2018-2019 : Genituri li ser Jirregistraw lil Uliedhom ghal Katekizmu, jaraw l-Avviz fin-Notice Board. Inhargu regolamenti godda minhabba l-gbir u l-hazna tad-Data.

4. Celebrazzjonijiet f’gheluq il-100 Sena : mit-Twaqqif tal-Parrocca u l-Inkurunazzjoni. Il-Gwardjan gentilment jilqa’ kull kontribuzzjoni ghall-ispejjez.

5. Preparazzjoni ghall-Inkurunazzjoni:
 L-Erbgha 19 ta’ Settembru, l-Istatwa tas-Sultana Taghna tkun esposta fil-Knisja.
 Il-Fratellanza Madonna Tas-Sacro Cuor tavża li ser terġa ssir il-Vestizzjoni tal-imsehbin ġodda fl-aħħar ta’ Settembru fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni. Min jixtieq jissieħeb, jikkuntattja lil Anthony Vidal jew lil Marianne Bonaci.
 Dawk li jixtiequ jerfgħu fil-Vara tal-Madonna Tas-Sacro Cuor waqt il-Pellegrinaġġ Marjan fit-toroq tal-Parroċċa nhar il-Ħadd 30 ta’ Settembru, ikellmu lil Gwardjan – Patri Pawl Galea jew lil Bro Lorrie Zerafa mill-aktar fis possibbli.
6. Il-Kummissjoni Festi tavza:
a. Li ser isir BBQ fil-bitha tal-Kunvent nhar il-gimgha. Prezz 12 il-Ewro.
b. Min iqassam l-Envelops fid-djar hemm xi Ittri fis-Sagristija biex iqassmuhom.
c. Fl-okkazzjoni tal-100 sena u l-Inkurunazzjoni ser jinhargu Sett Bolol u 2 first day covers bit-timbru mill-posta nhar id-29 ta’ Settembru. Informazzjoni fin-notice board.

d. Minn nhar is-Sibt, 1 ta’ Settembru se jibda jintrama’ l-Armar fil-Knisja u fit-Toroq. Napprezzaw l-ghajnuna ta’ min jista’ jghin.

Il-Mulej Jaghtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm – Kappillan

Mob – 7953 7719