L-Erbgħa: Fid-9.00am nitilqu mis-Savoy bus stop għal pellegrinaġġ tal-Ġublew fl-Isla. Ser ikun hemm ħin għall-Qrar u Quddiesa. Biljetti jinkisbu mingħand Simiana’s Confectionery u Simler’s Confectionery. Tħallux għall-aħħar. Minħabba dan il-pellegrinaġġ, l-Uffiċċju Parrokkjali mhux ser jiftaħ.
Il-Ġimgħa: Fis-6.30pm ser isir pellegrinaġġ penitenzjali mill-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris sa’ dik ta’ Ġesu Nazzarenu. Imexxi dan il-pellegrinaġġ Mons. Arċisqof. Wara ser ikun hemm quddiesa. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi.
Ir-reġistrazzjoni tal-Maratona ta’ Talb, Sawm u Astinenza, li ser issir fiċ-Ċentru Parrokkjali nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu, hi miftuħa kuljum wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jew fil-ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali.
Ġew mniehda żewġ DVD’s fuq l-istorja tal-Kappella Ġesu Ħabib, li tinsab fi Triq Marjanu Vella u li hija fil-kura tagħna l-Patrijiet Franġiskani. Il-prezz huwa ta’ €20. Min hu interessat, jista’ jħalli ismu u l-contact number fis-sagristija.
Attivitajiet tal-festa
Nhar il-Ġimgħa ser issir Ftira Bingo Night fis-7.30 pm fil-Każin tal-Banda. Biljetti mingħand Brian Vigar. Il-bingo ta’ kull nhar t’Erbgħa ser isir bħas-soltu. Fuq iz-zuntier qed issir lotterija u qed jitqassam il-program tal-ġita.
Toni Pace u Salvina Migneco twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
0 Comments