Posts from 2021

1120 of 103 items

Min huma l- Qaddisin? – Joe Debono ofs

by Administrator

Huti Frangiskani. Illum rega’ jmiss lili sabiex nikteb xi haga zghira u nwassalha lilkom f’ dawn il-messaggi ta’ nhar ta’ Tlieta. Dhalna gmielna fix-xahar ta’ Novembru anzi wasalna fl-ahhar u ghalhekk hassejt li naqsam maghkom zewg hsibijiet li ghaddew minn mohhi matul dan iz-zmien. Dan ix-xahar lili jfakkarni fil-Qaddisin kollha., solennita li tigi iccelebrata appuntu […]

L-ERBA’ U TLETIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 21 TA’ NOVEMBRU, 2021

by Administrator

Sidna Ġesu’ Kristu, Sultan tal-Ħolqien Kollu. 1. Il-Ħadd 21 ta’ Novembru : Festa ta’ Kristu Re fil-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid. 5.00pm Salmi tal-Għasar u Quddiesa mill-Arċisqof Mons Charles J. Scicluna. 2. Dan il-weekend : Iż-Żgħażagħ tagħna flimkien mall-Kandidati tal-Griżma tal-Isqof kellhom iħassru l-‘Bake Sale’ minħabba sitwazzjoni li ma kellhomx kontroll fuqha. Dan se […]

KIf Jahsibha Alla fuq il-hazen tallum – Cecilia Attard ofs

by Administrator

Gheziez huti fi Kristu u San Frangisk, Laqtitni din ir-riflessjoni li torbot mal-Vangelu ta’ San Luqa, Kap VI, 1-5, meta l-Farizej tkazaw bid-dixxipli ta’ Gesu ghax bdew jaqtghu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh.  Dan ghaliex kien is-Sibt u allura, skond il-Farizej, dak li kienu qed jaghmlu d-dixxipli kien dnub  ghax ma kienx jiswa f’dan il-jum.  […]

IT-TLIETA U TLETIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 14 TA’ NOVEMBRU, 2021

by Administrator

NIĊĊELEBRAW IS-SAGRAMENT TAL-GRIŻMA TAL-ISQOF 1. Il-Ħadd 14 ta’ Novembru : 9.30am Jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 9 Żgħażagħ. Dawn huma : Paul Cassar, Amy Ferris, Jenna Mallia De Leonardo, Dylan Oliver, Lily Pillow, Matthias Polidano, Alessandro Schembri, Leeroy Vella Zammit, Mathias Zarb Cousin. 2. It-Tlieta 16 ta’ Novembru : 6.00pm Festa ta’ Sta Elizabetta, […]

Komunita’ maghquda mal-Papa – Mariella Spiteri-Gonzi ofs

by Administrator

Illum, 9 ta’ Novembru, niċċelebraw il-festa tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran f’Ruma. Fil-faċċata nsibu l-iskrizzjoni li tgħid: “L-omm u l-Padruna tal-Knejjes kollha ta’ Ruma u fid-dinja”. Din il-bażilika hija importanti għalina Kristjani għal żewġ raġunijiet. San Ġwann Lateran hija mimlija storja kristjana bikrija. Per eżempju, l-Artal tal-injam li fuqu San Pietru ċċelebra quddiesa waqt […]

Tifkira tal-Mejtin kollha – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Illum, it-2 ta’ Novembru, il-Knisja tikkommemora il-Mejtin Kollha.  F’dan il-jum il-Knisja fuq din l-art titlob għall-Knisja fil-Purgatorju, bit-tama li ssir Knisja Waħda fil-Ġenna. Illum il-Kattoliċi jiftakru fl-erwieħ ta’ dawk l-imgħammdin li mietu, imma li għadhom mhumiex jgħixu fil-preżenza t’Alla fil-Ġenna.  Il-Knisja Kattolika tgħallimna li dawn l-erwieħ, li għandhom […]

Is-Salvazzjoni ta’ ruhna – Joe Debono ofs

by Administrator

Darba wahda wiehed ragel milljunarju flimkien ma’ zewgt ihbieb ohra kienu qed jivjaggaw fuq l-ajruplan privat tieghu.  Fi triqthom inqala’ l-ghawg ghax l-ajruplan kellu hsara fil-magna u ma kellhomx ghazla ohra hlief li jaghmlu nzul ta’ emergenza biex jippruvaw isalvaw hajjiethom. Ir-rizultat kien li ghalkemm irnexxielhom jehilsuha hafif sabu ruhhom f’post disabitat u bla ebda […]

IT-TLETIN HADD TAS-SENA – 24 TA’ OTTUBRU, 2021

by Administrator

JUM IL-MISSJONI 1. It-Tlieta 26 ta’ Ottubru : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju mill-OFS. Il-Kelliem huwa Tony Mahoney bit-tema: “Mixja tal-Ħolma, issir realta’”. Kulħadd hu mistieden. 2. L-Erbgħa 27 ta’ Ottubru : Il-Grupp Anzjani tal-Parroċċa ser jiltaqgħu fil-kuritur tal-Uffiċċju. Jibdew fid-9.00am bil-Quddiesa fil-Knisja. 3. It-Tlieta 2 ta’ Novembru : 6.00pm Quddiesa Konċelebrata għall-għeżież mejtin. 4. Taħt […]

Bil-qawwa tar-Ruzarju nsalvaw – Cecilia Attar ofs

by Administrator

Gheziez Ahwa fi Kristu u f’San Frangisk, Ninsabu f’nofs ix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar tal-Madonna u x-xahar tar-Ruzarju fejn ghadna kemm iccelebrajna il-festa tal-Madonna tar-Ruzarju.  Nies ta’ certa eta bhalna mdorrijin jghidu r-Ruzarju kuljum izda, ma nkunux qed nizbaljaw jekk nithassbu serjament li din id-drawwa qeghda tinqata fost il-generazzjoni li tiela.  Din hi hasra ghax l-esperjenza […]

ID-DISA’ U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 17 TA’ OTTUBRU, 2021

by Administrator

1. It-Tlieta 19 ta’ Ottubru : 7.00pm Laqgħa mill-OFS fis-Santwarju. Il-Kelliema hija Pauline Darmanin bit-tema “Ikun li trid int”. Kulħadd hu mistieden. 2. Bdejna l-Katekiżmu : – Il-Kotba tal-Katekiżmu jinġabru mill-Uffiċċju Parrokkjali illum il-Hadd wara l-Quddiesa tad-9.30am jew nhar it-Tnejn bejn il-5.00pm u is-6.15pm. – Dawk il-ġenituri/kustodji li għad iridu jiffirmaw ir-reġistrazzjoni jistgħu jagħmlu dan […]