Huti Frangiskani.
Illum rega’ jmiss lili sabiex nikteb xi haga zghira u nwassalha lilkom f’ dawn il-messaggi ta’ nhar ta’ Tlieta.
Dhalna gmielna fix-xahar ta’ Novembru anzi wasalna fl-ahhar u ghalhekk hassejt li naqsam maghkom zewg hsibijiet li ghaddew minn mohhi matul dan iz-zmien.
Dan ix-xahar lili jfakkarni fil-Qaddisin kollha., solennita li tigi iccelebrata appuntu fl-ewwel jum ta’ Novembru u naturalment, ma jistax jonqos fl-eghziez tieghi li hallewna.
Nibdew biex nghidu kelmtejn zghar fuq l-ewwel hsieb – il-Qaddisin Kollha. U hawn nistaqsu, “Min huma l- Qaddisin?”
Hafna jwiegbu li l-qaddisin huma dawk li l-Knisja Mqaddsa wara tant reqqa u studju ddikjarathom qaddisin u ahna nqimuhom fuq l-altari taghna, San Pietru, San Pawl u tant ohrajn. Imma l-Knisja tghallimna wkoll, kif nistqarru fil-Kredu, li hemm ukoll dik li nsejhulha x-xirka tal- qaddisin. Din hija ghaqda, ghalhekk xirka,li tinkludi l-erwieh ta’ dawk kollha li jinsabu jgawdu lil Alla fil-Genna kif ukoll l-erwieh ta’ dawk kollha li jinsabu fil-Purgatorju ghax dawn ukoll huma salvi u xi darba ser jinghaqdu ma’ l-erwieh li qed igawdu ‘l Alla wara li jkunu issaffew minn dak li ghalissa qed jimpedihom li jidhlu fl-hena ta’ dejjem. U ma’ dawn irridu nzidu wkoll il- qaddisin li ghadhom hawn maghna f’din id- dinja.
Dawn huma l-hbieb t’Alla. Dawk li qed jghixu hajja kif irid Alla. Mela kull min hu fil-grazzja t’Alla u jzomm ruhu il-boghod mid-dnub jifforma parti min din ix-xirka tal-qaddisin.
It-tiena hsieb tieghi tal-lum idur fuq l-erwieh ta’ dawk hutna li hallewna u li qed jistennew li jissaffew biex jidhlu fil-glorja t’Alla. Meta ruh tinqata’ minn mal-gisem biex tghaddi ghal hajja ohra ma’ tkun tista’ taghmel xejn izjed ghaliha nnifisha. Ghalhekk hawn jidhol l-importanza u d-dmir taghna li nghinuha. It-talb taghna huwa ta’ ghajnuna kbira sabiex intaffulhom it-tbatija u anke innaqsulhom miz-zmien ta’ tisfija. Mhux ta’ b’xejn mela li l-Knisja theggigna biex ma’ ninsew qatt lil dawn hutna li hallewna u niftakru fihom fit-talb taghna specjalment matul dan ix-xahar dedikat lilhom.
M’ghandniex xi nghidu l-isbah suffraggju li nistghu noffrulhom huwa s-sagificcju l-aktar ghaziz ghalina l-kattolici – il-Quddiesa. Imbaghad hemm ukoll indulgenza plenarja li nistghu niksbu ghall-gheziez taghna u li biha nistghu anke ntellghu ruh dritt il-Genna.
It-talb li ahna naghmlu ghall-erwieh tal-Purgatorju huwa att kbir ta’ karita huti u ta’ dan jiena cert li l-MUlej Alla ghad jippremjana ghalih ghax Alla Nnifsu Hu Mhabba.
Insellmilkom
Joe Debono ofs
0 Comments