“Ħsibijiet dwar l-Evanġelju tat-3 Ħadd tal-Għid. – Tony Mahoney
Il-maħbuba dejjem tgħix dik l-esperjenza qawwija li tkun, f’kull sekonda, maġenb il-maħbub tagħha. Fil-ħemda siekta tal-lejl, il-ħsibijiet tagħha huma dejjem fuqu. Bl-aktar mod ħelu ssejjaħlu ismu, u meta għajnejha jmorru biha toħlom dwaru, li qed jersaq lejha biex iħaddanha miegħu. Hekk insibu fl-‘Għanja tal-Għanjiet’ (8:3): ‘Bi driegħu tax-xellug iwieżen rasi, u bil-lemin igħannaqni.’ Bil-maqlub, kemm […]