Posts from March 2020

6 Items

‘FID-DINJA XEJN MA JSIR ADDOĊĊ JEW B’KUMBINAZZJONI’ – Tony Mahoney

by Administrator

‘FID-DINJA XEJN MA JSIR ADDOĊĊ JEW B’KUMBINAZZJONI’ Hekk kien jgħid Dun Ġorġ Preca, illum San Ġorġ. Kliem li ta’ tifel li kont fil-MUSEUM kien jimpressjonani. Illum, fl-eta tiegħi, aktar nifhem x’ried jgħid Dun Ġorġ. Kelli kurżita kbira nkun naf għaliex dan il-misħut virus semmewh ‘corona-virus’. Sa ktibt direttament lil WHO iżda ma tawnix tweġiba sudisfaċenti. […]

Gheziez hbieb, dan hu zmien ta‘ prova. – Pauline Darmanin

by Administrator

“Gheziez hbieb u huti fil-Fraternita, Ghal darb’ohra illum ergajna ma nistghux niltaqghu u milli jidher se ndumu ma nergghu naraw lil xulxin. Ikolli nistqarr li nimmissjakom hafna …… lil kull wiehed u wahda minnkom, b’dik il -harsa u tbissima individwali li taghmilkom specjali! Nimmissja dik il-kikkra kafe (u xi gallettina!) waqt li naqsmu esperjenzi u […]

IR-RABA HADD TAR-RANDAN – 22 TA’ MARZU, 2020

by Administrator

1. LI TOQGĦOD ID-DAR : U toħroġ biss għall-bżonn huwa Dover Morali b’rispett lejk innifsek u lejn ta’ madwarek. Importanti s-'Social Distancing' biex innaqsu l-'Infection Rate'. 2. DWAR IL-QRAR : F’din il-kriżi tkellem il-Papa : Ikkwota l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika li jgħid : • Fejn mhux possibbli li ssib saċerdot biex tqerr dnubietek, qerrhom waħdek m’Alla […]

Ninsabu fir-Randan imqaddes. – Peter Darmanin

by Administrator

Gheziez huti fl-Ordni Frangiskan Sekulari, Il-lejla mhux se niltaqghu bhas-soltu. Mhux b’kapricc, imma ghax ic-cirkustanzi prezenti jitolbu dan. F’dan il-mument ta’ prova ghalina ilkoll u ghal Malta taghna, ejjew flimkien ninghaqdu u nitolbu ghal xulxin u ghall-proxxmu taghna kollu, specjalment l-gheziez taghna u ghal kull membru tal-Parrocca taghna. Ninsabu fir-Randan imqaddes. Zmien ta’ talb, sawm […]

IT-TIENI HADD TAR-RANDAN – 8 TA’ MARZU, 2020

by Administrator

  1. Il-Ġabra speċjali : Kienet €577.65 Nirringrazzjawkom. 2. It-Tnejn 9 ta’ Marzu : 6.30pm Laqgħa tal-Ushers ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan. 3. It-Tlieta 10 ta’ Marzu : L-OFS ser jorganizza IRTIR ta’ nofs ta’ nhar filgħodu, għand il-Klarissi. 7.00pm Laqgħa tal-LGBTIQ fl-Uffiċċju Parrokkjali. 4. L-Erbgħa 11 ta’ Marzu : 6.30pm Il-Kappillan jiltaqa’ mall-Koperaturi Pastorali fil-Knisja għat-Taħdita […]

L-EWWEL HADD TAR-RANDAN – 1 TA’ MARZU, 2020

by Administrator

  1. It-Tnejn 2 ta’ Marzu sal-Ġimgħa : 9.30am Eżerċizzi għal kulħadd fil-Knisja minn Patri Ramon Farrugia ofm. 2. It-Tlieta 3 ta’ Marzu : 6.30pm Laqgħa tal-L-OFS. Jitkellem Peter Darmanin fuq is-suġġett : “Il-bniedem maħluq biex iħobb u jkun maħbub”. Kulħadd hu mistieden. 3. Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu : L-ewwel ġimgħa tax-xahar. Qrar u Tqarbin […]