Ilkoll Imsejjha biex inkunu Profeti fi zmienna!
1. Il-Ligi tad-Data Protection u hrug ta’ certifikati:
Ftit tal-granet ilu, f’pajjizna dahlet fis-sehh il-Ligi tad-Data Protection.
Kif tafu, fl-Arkivji tal-Parrocca, inzommu informazzjoni fuq is-sagramenti u kultant nigu mitluba nohorgu din l-informazzjoni ghall-iskop ta’ certifikati ta’ maghmudija, ecc…. Ghaldaqstant b’effett immedjat hrug ta’ certifikati jinghataw biss lill-persuna mnizzla fic-certifikat.
F’kaz ta’ minuri, ic-certifikat jingabar mill-genituri jew kustodji legali.
Fil-kaz ta’ certifikat ta’ persuna mejta, ic-certifikat jinhareg minghajr diffikulta’ peress li persuna mejta ma taqax taht din il-ligi.
2. Dicenza fl-Ilbies u ‘Dress Code’ fil-Knejjes :
Issa li bdew il-granet shan tas-sajf nergghu naghmlu appell qawwi ghad-dicenza fl-ilbies.
Dan jghodd ghal kullimkien imma b’mod specjali ghad-dar ta’ Alla specjalment meta jigu amministrati xi sagramenti specjali bhal tigijiet u maghmudijiet, ecc.
3. Il-Kummissjoni Festi tavza :
Nhar il-Gimgha 27 ta’ Lulju ser isir BBQ fil-Bitha tal-Kunvent b’risq il-Festa ta’ Settembru. Prezz 12 il-Ewro. Chicken jew Fish. U Drinks b’xejn. Tfal taht 12-il sena b’xejn. Bookings miftuha. Inheggu biex nattendu.
Pellegrinagg / Gita ghal Lourdes u Nevers: 3 – 10 ta’ Awwissu. Baqa’ xi ftit postijiet. Avvicinaw lil Brian Vigar.
Il-Mulej Jaghtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.
0 Comments