1. Ħinijiet ġodda tal-Quddies mill-Weekend li ġej :
• Is-Sibt : 7.00am, 9.00am, 5.00pm u 6.30pm.
• Il-Ħadd : 7.00am (7.45am Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum), 8.00am,
9.30am, 11.00am u 6.30pm.
• Mit-Tnejn sal-Ġimgħa : 7.00am, 9.00am u 6.30pm.

2. Maġenb in-Niċċa tal-Madonna : Taraw il-Kwadru li ser
jiddendel fis-Sagristija b’Tifkira tal-Inkurunazzjoni. Dan sar
bl-għajnuna volontarja ta’ Charles Galea.

3. Kors ta’ 3 Laqgħat għall-Ministri Ġodda tal-Ewkaristija : Se
jsir il-Parroċċa Stella Maris fil-Ġimgħat 10, 17 u 24 ta’ Lulju
fis-7.00pm fil-Knisja.
Nitlob lil Ministri ġodda tagħna li jinnutaw dawn id-dati biex
jattendu.

4. Il-Ħadd 6 ta’ Settembru : 9.30am L-Ewwel Tqarbina.

5. Il-Ħadd 13 ta’ Settembru : 9.30am Il-Konfermazzjoni.
• Intbagħtet Ċirkulari lill-Ġenituri tal-Kandidati li ser jirċievu
dawn is-Sagramenti. Importanti li l-Ġenituri jaqrawha u
jsegwu l-Istruzzjonijiet.

6. Il-Ħadd 27 ta’ Settembru : Niċċelebraw il-Festa tas-Sultana
Tagħna tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesu’ b’Quddies il-ġurnata
kollha u Pellegrinaġġ filgħaxija mat-toroq tal-Parroċċa.
Dettalji iktar ‘il quddiem.

Segwi Live Streaming mis-Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor fuq:
www.skylinewebcams.com/…/slie…/sacro-cuor-parish-church.html

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm

Kappillan
Mob: 7953 7719.