” Mulejja, tkun Imfaħħar f’Oħtna l-Mewt tal-Ġisem ” !

1. Il-Ġabra Speċjali għal Knisja : Kienet €524.83 Nirringrazzjawkom.

2. Dan il-Weekend : Il-Ġbir imur għall-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja.

3. It-Tnejn 11 ta’ Novembru : Pellegrinaġġ għall-Addolorata mall-Fratellanza tas-Smu Sagrament. 8.30am Tluq mis-Savoy.

4. It-Tlieta 12 ta’ Novembru : 6.30pm Laqgħa tal-O.F.S. Jitħaddet Peter Darmanin dwar : “Xi tħobb, il-Kafe’ jew il-Kikkra?” Kulħadd hu mistieden.

5. Il-Ħamis 14 ta’ Novembru : Ikun iz-Zumba fiċ-Ċentru. Innutaw li l-ġurnata nbidlet mill-Erbgħa għal Ħamis. Tmexxi Nicola Fenech.

6. Il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru : 5.30pm Qrar bi preparazzjoni għas-Sagrament tal-Griżma. 6.30pm Prova taċ-Ċerimonja għal Kandidati, Ġenituri u Parrini.

7. Is-Sibt 16 ta’ Novembru : L-Abbatini u t-Tfal tal-Klassi tal-Preċett se jmorru għand is-Sorijiet Franġiskani tal-Imsida biex jaraw kif jiġu maħduma l-Ostji.

8. Il-Ħadd 17 ta’ Novembru : 9.30am 11 il-Kandidat ser jirċievu s-Sagrament tal-Konfermazzjoni. Wara, il-Quddiesa tkun fil-11.30am minflok fil-11.00am.

9. Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru : 7.15pm Laqgħa għall-Ġenituri ħdejn l-uffiċċju parrokkjali. Kelliem il-Psikjatra Dr. Mark Xuereb M.D., M.R.C.Psych., M.C.E.M., M.M.C.F.D., bis-suġġett “Kriżijiet Komuni fit-Tfal”. Il-Ġenituri mistiedna jattendu.

10. Ġieħ ta’ Sliema mogħti mill-Kunsill Lokali Sliema : Din is-sena ġie mogħti wkoll lill-Brian Vigar, Ronnie Pisani u John Anastasi li ħalliena xahar ilu. Nawgurawlhom.

11. Il-Kummissjoni Festa tavża :
• Dan il-weekend tinbiegħ il-Borża ta’ San Martin fuq iz-Zuntier.
• Nhar l-erbgħa : 7.30pm ‘Bingo Special’ fil-każin. Prezz €13 li jinkludi l-ikel u l-logħob. Tingħata wkoll l-borża ta’ San Martin lil kulħadd preżenti.
• Is-Sibt 23 ta’ Novembru : Ravjulata fiċ-Ċentru b’risq il-Festa. Prezz €12 li jinkludi ikel, xorb u deżerta. Bookings ma’ Brian Vigar.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.