FESTA SOLENNI TA’ MISSIERNA SAN FRANĠISK, SLIEMA

Il-Ħamis, 6 t’Ottubru, 2016

Bħala parti miċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ Missierna San Franġisk, il-Fraternita tagħna, ħadet sehem fis-Sagrifiċċju tal-Quddiesa tal-okkażżjoni, li kienet ċċelebratha minn Patri Christopher Farrugia ofm, Assistent Rappreżentant tal-Aħwa Minuri.

Wara l-Evanġelju tajna bidu għal tliet Riti dik tal-Vestizzjoni, tal-Professjoni u Tiġdid tal-Professjoni, fil-preżenza tal-Ministu Nazzjonali, Tony Vella ofs. Minħabba l-assenża tal-Ministru tal-Fraternita, mexxa l-Ekonomu, Peter Darmanin ofs.

Niżżu Ħajr ‘l Alla li kellna għall-Vestizzjoni sitt kandidat ġodda, wara żmien ta’ tħejjija b’attendenza regolari. Dawn huma Attard Cecilia, Borg Lilian, Falzon Rose, Mizzi Gina, Spiteri Tessie u Vella John. Kull kandidat ingħata kopja tal-Manwal tal-Ordni Franġiskan Sekular u t-Taw.

Wara dan sar ir-Rit tal-Professjoni tal-koppja Margaret u Lawrence Borg. Ix-Xhieda kienu Josephine Gatt ofs u Joe Borg Magro ofs.

L-aħħar Rit kien tat-Tiġdid ta’ kull sena tal-Professjoni mill-Aħwa tal-Fraternita. Wara l-Omelija miċ-Ċelebrant tkompla s-Sagrifiċċju tal-Ewkaristija.

L-Animazzjoni, il-Qari, u l-Offerti saru kollha mill-Aħwa tal-Fraternita. L-Assistent Spiritwali tal-Fraternita, Patri Pawl Galea ofm, mexxa l-Kor, waqt il-Quddiesa. L-Okkażżjoni għalqet billi l-Aħwa kollha ltaqgħu fiċ-Ċentru tal Fraternita, Sala San Francis fejn saret daqxejn ta’ bibita bejn il-Familja Franġiskana. Din kienet organizzatha mill-koppja Joe Gatt ofs, Viċi Ministru u martu, Josephine ofs.

Il-Fraternita, “Sultana Tagħna tal-Qalb ta’Ġesu” Sliema, għall-grazzja t’Alla, issa hija ffurmaha minn 29 Aħwa Professi, u 6 li għamlu Vestizzjoni. Laqgħat jinżammu kull nhar ta’ Tlieta wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija.

Tony Mahoney
Ministru tal-Fraternita