Avviżi tal-Parroċċa

110 of 314 items

IL-HAMSA U GHOXRIN HADD – IL-HADD, 19 TA’ SETTEMBRU, 2021

by Administrator

Nilqgħu fostna l-Bastun Mirakoluż ta’ San Ġużepp 1. Dan il-Weekend qed issir il-Ġabra tal-Qabar ta’ Kristu : Għal ħidma li jagħmlu l-Franġiskani fl-Art Imqaddsa speċjalment issa li m’hemmx Pellegrini u Turisti. 2. Ir-Reġistrazzjoni tat-Tfal għall-Klassijiet tal-Katekiżmu : Fl-Uffiċċju Parrokkjali. – Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru : Wara l-Quddiesa tad-9.30am. Importanti li jkollna l-FIREM taż-żewġ ġenituri. […]

L-ERBGHA U GHOXRIN HADD – IL-HADD, 12 TA’ SETTEMBRU, 2021

by Administrator

Erfa’ s-Salib u Imxi Warajja ! 1. Il-Ġabra Speċjali ta’ nhar il-Ħadd li għadda : Kienet ta’ €464.87. Nirringrazzjawkom. 2. L-Erbgħa 15 ta’ Settembru : Il-Katekisti Antoinette Laferla u Peter Gatt ser jiltaqgħu mal-Kandidati li f’Novembru ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-Laqgħa ser issir fiċ-Ċentru Parrokkjali bejn is-6.00pm u s-7.00pm. Importanti li l-Kandidati jattendu. 3. […]

IT-TLIETA U GHOXRIN HADD – IL-HADD, 5 TA’ SETTEMBRU, 2021

by Administrator

Jagħti s-Smiegħ lit-Torox u l-Kliem lill-Imbikkmin. 1. Illum, il-Ħadd 5 ta’ Settembru : Hi l-Festa ta’ San Girgor il-Kbir. Nawguraw il-Festa t-tajba lil Kappillan Fr Victor u lill-Parruċċani kollha. 2. It-Tlieta 7 ta’ Settembru : Jaħbat il-100 Sena mit-Twaqqif tal-Leġjun ta’ Marija. 6.00pm Rużarju mill-Membri tal-Leġjun ta’ Marija. 6.30pm Quddiesa bit-Te Deum. 3. Il-Ħamis 9 […]

IT-TNEJN U GHOXRIN HADD – IL-HADD, 29 TA’ AWWISSU, 2021

by Administrator

Inħarsu l-Liġi tal-Mulej 1. Il-Ħamis 26 ta’ Awwissu : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja b’temi attwali. 2. Il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Il-Patrijiet iżuru lill-anzjani u l-morda fi djarhom għall-Qrar u t-Tqarbin. 3. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni, Santwarju/Kunvent : B’sodisfazzjon tħabbar li ħallset is-somma kollha marbuta max-xiri tal-LIFT, li tammonta għal €28,937.62. Grazzi lill-Benefatturi kollha. Bħalissa […]

IL-WIEHED U GHOXRIN HAGG – IL-HADD, 22 TA’ AWWISSU, 2021

by Administrator

Il-Fidi hi Rigal ta’ Alla l-Missier 1. Dan il-weekend tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Stella Maris : Nawguraw il-Festa t-tajba lill-Arċipriet, il-Kleru u l-Parruċċani kollha ta’ Stella Maris. 2. Il-Ħamis 26 ta’ Awwissu : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja b’temi attwali. 3. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali: “IL-Ħbieb Tas-Santwarju” fil-preżenta għandha bilanċ ta’ €1,065 eruo. L-Għaqda tilqa’ bi pjaċir applikazzjonijiet […]

L-GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 15 TA’ AWWISSU, 2021

by Administrator

SOLENNITA’ TA’ SIDTNA MARIJA MTELLA’ S-SEMA 1. Il-Ħamis 19 ta’ Awwissu : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja b’temi attwali. 2. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali: “IL-Ħbieb Tas-Santwarju”, tħabbar li l- membri tal-Kumitat tat-Tmexxija huwa ffurmat kif ġej: President, Fr Paul Attard ofm, Gwardjan/Kappillan; Viċi President, Fr Stephen Sciberras ofm; Segretarja, Rita Vella Brincat; Assistenta Segretarja, Marianne Bonaci; Kaxxier, Peter […]

ID-DSATAX IL-HADD TAS-SENA – IL-HADD, 8 TA’ AWWISSU, 2021

by Administrator

IS-SIGRIET TAL-ĦAJJA ETERNA 1. L-Erbgħa 11 ta’ Awwissu : Festa ta’ Santa Klara t’Assisi. 2. Il-Ħamis 12 ta’ Awwissu : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja b’temi attwali. 3. Il-Ħadd 15 ta’ Awwissu : Solennita’ tal-Imqaddsa Verġni Marija Mtellgħa s-Sema. 4. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali: “IL-Ħbieb Tas-Santwarju”, tħabbar li l-membri tal-Kumitat tat-Tmexxija huwa ffurmat kif ġej: President, Fr Paul […]

TMINTAX-IL HADD TAS-SENA – IL-HADD, 1 TA’ AWWISSU, 2021

by Administrator

L-INDULĠENZA TAL-PORZIUNCOLA 1. Il-Ħadd 1 u t-Tnejn 2 ta’ Awwissu : Festa tal-Indulġenza tal-Porziuncola. Matul din il-ġimgħa tintrebah l-Indulġenza tal-Maħfra tal-Porziuncola bil-kundizzjoni tas-soltu. • Tagħmel żjara fi Knisja Parrokkjali jew fi Knisja Franġiskana. • Titlob il-Missierna u l-Kredu. • Tagħmel Qrara Sagramentali. • Tirċievi l-Ewkaristija. • Titlob skond l-intenzjoni tal-Papa. NB. L-Indulġenza tista’ tiġi applikata […]

IS-SBATAX-IL HADD – IL-HADD, 25 TA’ LULJU, 2021

by Administrator

JUM IN-NANNIET U L-ANZJANI 1. Il-Papa Franġisku stabilixxa ir-4 Ħadd ta’ Lulju : Bħala Jum in-Nanniet u l-Anzjani bit-tema ‘Jiena Magħkom Dejjem’. Illum nawgurawlhom b’mod speċjali. 2. Il-Ħadd 25 ta’ Lulju : Il-Parroċċa tal-Balluta qed tiċċelebra l-Festa tal-Madonna tal-Karmnu. Nawgurawlhom il-Festa t-tajba. 3. Il-Ħamis 29 ta’ Lulju : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja b’temi attwali. 4. Julian […]

IS-SITTAX-IL HADD TAS-SENA – 18 TA’ LULJU, 2021

by Administrator

ALLA JKELLIMNA META NISKTU AHNA! 1. Il-Kapitlu Ġenerali wasal biex jintemm : Qed jinżamm f’Ruma. • Din il-ġimgħa ġew eletti il-Ministru Ġeneral Fra Massimo Fusarelli ofm (Taljan). • U l-Vigarju Ġenerali Fra Isauro Ulises Covili Linfati (miċ-Chile). • Bi pjaċir inħabbru li wieħed mid-Definituri Ġenerali huma Malti tal-Kanada Fr Jimmy Zammit ofm. Hu ta’ unur […]