Il-Paci maghkom, hbieb tieghi,

Kif intom? Kemm ilna ma niltaqghu hux? It-triqat t’Alla ma jifhimhom hadd.

Nhar il-Hadd li ghadda ccelebrajna l-festa ta’ Corpus Christi u l-Hadd li gej se niccelebraw il-festa tal-Qalb ta’ Gesu. Zewg festi tant gheziez ghalina l-Maltin. Zewg festi ddedikati lil Gesu Kristu, it-Tieni Persuna tat-Trinita Mqaddsa.

Kien il-Papa Urbanu IV li fl-1264 waqqaf il-festa ta’ Corpus Christi u ried li tkun iċċelebrata b’solennità mal-Knisja fid-dinja kollha. Id-dokument li ħareġ dak inhar, bl-isem: ‘Transiturus de hoc mundo’, jispjega b’mod tajjeb ħafna x’kienet ir-raġuni għal din il-festa.

Papa Urbanu ried li l-festa tgħin biex tikber u tissaħħaħ il-fidi tal-poplu t’Alla, fil-preżenza reali ta’ Ġesù fl-Ewkaristija. Hija domma ta’ fidi li fl-Ewkaristija hemm il-prezenza reali ta’ Gesu, bil-gisem u d-demm Tieghu, Misteru ta’ mhabba infinita.

Il-Papa Urbanu jgħid li l-Ewkaristija hi t-tifkira tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Ġesù. Kien Ġesù nnifsu li fl-Aħħar Ċena qal lit-Tnax: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi”.

Bil-kelma ‘tifkira”, ma nifhmux kommemorazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Gesu IZDA hi ‘tifkira’ li terġa’ tagħmel preżenti b’mod sagramentali l-ġrajja tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Ġesù. Kien Gesu stess li qalilna: “Jien magħkom dejjem sa l-aħħar taż-żminijiet”. Jibqa maghna kif? Permezz tal-Ewkaristija.

 Fl-Evangelju naqraw kif Gesu jagħmel enfasi speċjali fuq l-Ewkaristija bħala ikel. Hu jgħid: “Ġismi hu ikel tassew u demmi hu xorb tassew…Min jiekol ġismu u jixrob demmi jkollu l-ħajja ta’ dejjem”. Hemm d-differenza kbira bejn l-ikel li nieklu biex inkunu b’saħħitna f’ġisimna u l-Ewkaristija. Hu jgħid li filwaqt li meta nieklu, aħna nibdlu l-ikel fina, bis-saħħa tal-Ewkaristija ninbidlu FIH, jiġifieri f’Ġesù. Mhux aħna nibdluh fina imma Hu jibdilna fih, naturalment dejjem jekk aħna nħalluh jibdilna.

Permezz ta’ dan l-Ikel ahna niksbu l-qawwa li għandna bżonn. L-Ewkaristija tgħinna biex inkunu nies li nħobbu tassew bħalma għallimna Ġesù, biex naħfru lil min jagħmlilna d-deni, biex inkunu qaddejja bħalma uriena Ġesù f’ħajtu kollha u b’mod speċjali dak inhar li waqqaf l-Ewkaristija.

L-Ewkaristija għandha tibdel lil ħajjitna għall-aħjar. Tgħaqqadna flimkien bħala l-familja Tiegħu, u tgħinna nkunu strumenti ta’ paċi u għaqda. X’tiswa l-parteċipazzjoni tagħna fl-Ewkaristija jekk imbagħad ħajjitna tkun tagħti messaġġ il-kontra ta’ dak li niċċelebraw, bħal meta nġibu l-firda, niżirgħu l-mibegħda jew inweġġgħu lil proxxmu taghna bi kliemna.

Il-Festi ta’ Corpus u tal-Qalb ta’ Gesu jnisslu fija nostalgija kbira. Niftakar ta’ tifel li kont, il-purcissjonijiet ta’ dawn iz-zewg festi fil-parrocca ta’ Hal Tarxien. Toroq imzejjna bil-qsari u l-fjuri minn fejn jghaddi s-Sagrament u kulhadd gharkupptejh kif jasal quddiem id-dar tieghu. U xi nghidu ghal Festi li jigu ccelebrati r-Rabat, b’sollenita tant kbira. Dik ta’ Corpus tohrog darbtejn, filghodu u fil-ghaxija. L-isbah wahda dik ta’ filghodu, fl-gheqqel tax-xemx, b’dawk il-kapep tqal mimlija rakmu bid-deheb, ghaddejjin fit-toroq miksija bit-twapet homor, fjuri minn kull kulur, specjalment sardinell ahmar u abjad u fil-gnub tat-triq kull tip ta’ pjanti. Ghadni nxomm ir-riha ta’ dak is-sardinell. X’fidi ta’ poplu! X’imhabba lejn l-Ewkaristija!  Valuri li biz-zmien qed jinxfu kif nixef dak is-sardinell.

Imma qatt m’hu se tinxef go fija l-memorja ta’ sena ilu meta bhal dan iz-zmien xi whud minna kellna l-grazzja li niccelebraw l-Ewkaristija f’Assisi, fir-regjun ta’ ‘la mia bella Umbria’ kif kien isejhilha Missierna San Frangisk: Art Qaddisa, Art Franiskana, Art li tnissel PACI U SLIEM.

Aħna u niċċelebraw dawn il-festi għeziez ghalina l-Maltin, nitolbu ‘l Mulej il-grazzja li fl-Ewkaristija ngħixu t-tifkira tal-aqwa Mħabba, insibu l-Ikel li jsostnina f’ħajjitna u dan jagħtina l-qawwa biex ngħixu tassew bħala dixxipli ta’ Ġesù, fuq il-passi ta’ Missierna San Frangisk.

Paci u Gid,

Peter ofs