Żommu d-data tal-Ħadd, 13 ta’ Marzu, 2016 libera.
Din is-sena l-Parroċċa tagħna ser torganizza Maratona ta’ 9 sigħat ta’ Talb, Sawm u Penitenza. Din hija l-Ewwel Maratona ta’ din ix-xorta f’pajjiżna. Nittamaw li tiġi organizzata wkoll f’Parroċċi oħra f’Malta, kif ukoll f’Għawdex.
Din il-maratona hija miftuħa għal kulħadd. Hemm donazzjoni ta’ 5 ewro mar-reġistrazzjoni. Il-flus kollha miġbura minn din il-maratona ser imorru għad-Dar tal-Providenza. Ser ikun hemm xi premjijiet għal min jiġbor l-aktar flus.
Kull min jipparteċipa ser jingħata ċertifikat ta’ parteċipazzjoni biex jinżamm bħala tifkira.
Din il-maratona ser issir fiż-żmien adattat tar-Randan, nhar il-Ħadd, 13 ta’ Marzu 2016, mid-9.00 ta’ filgħodu sas-6.00 ta’ filgħaxija fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 21414750 jew 99762775.
Din novita’ għall-Parroċċa. Prosit. Jien ser nattendi.
Jiena u Pauline se nattendu wkoll. Inheggeg lil kull min jista biex jiehu sehem f’din il-Maratona, b’risq id-Dar tal-Providenza.
I will attend as well
Jiena robert u l’mara tieghi Michelle bi hsiebna nattendu,dejjem jekk Alla jrid
Qabelxejn grazzi lil Mulej tal grazzja li tana li norganizzaw din il-Maratona ta’ Talb… Grazzi wkoll lil dawk kollha li taw sehemhom fl-organizazzjoni u t-twettiq taghha. Nemmen li halliet hafna frott spiritwali u materjali fuq il-Parruccani kollha. Urejna bic-car li meta wiehed johrog b’idea tajba, nistghu flimkien nahdmu bil-qalb. Jalla nkomplu mexjin hekk. Paci u Gid.p. Alex ofm