Xi rrid minnha l-Mulej? Meta nitolbu biex ‘ikun minnu dak li rrid Alla’, eżatt x’inkunu qed
infissru? Din hija mistoqsija li ħafna jikkumbattu fihom infushom. Nafu li jrid li aħna ngħixu
ħajja tajba u li nkunu ġenerużi ma’ kulħadd, imma dan biżżejjed?
Silta mill-Bibbja li dejjem laqtitni hija Mikea 6:8:
Bniedem, huwa wriek x’inhu tajjeb
u x’jistenna minnek il-Mulej:
li tagħmel dak li hu ġust,
li tħobb u tkun ħanin,
u li tkun umli fl-imġiba tiegħek
Tlett affarijiet irid minna l-Mulej – ħa narawhom waħda waħda:
L-ewwel ħtieġa li f’Mikea 6:8 hija ‘li tagħmel dak li hu ġust’. Din tfisser li għandna dejjem
inkunu onesti f’kull mument ta’ ħajjitna, li dejjem u fuq kollox nixhdu għal dik li hi verità
It-tieni ħtieġa li hemm f’Mikea 6:8 hi ‘li tħobb u tkun ħanin’. Bl-Inġliż din qegħda ‘to love
mercy’ – li tħobb tkun ħanin. Mela mhux biss tkun ħanin imma tħobb tkun ħanin! Din forsi
tinstemma stramba għall-ewwel. Għaliex mhux li ‘turi’ ħniena jew forsi li ‘tippratika’ l-
ħniena? Le, Alla qed jgħidina biex inħobbu l-ħniena, biex inħaddnu l-ħniena bħala xi ħaġa li hija jew issir l-akbar ħaġa mixtieqa minna. L-imħabba għall-ħniena hija l-istess imħabba li
Alla juri għalija u għalik. Din tfisser li minflok niġġudikaw nagħdru, minflokk nikkundanaw
naħfru. Forsi tfisser li nagħtu kellma ta’ inkoraġġiment minflok kritika, li naraw t-tajjeb f’kull
L-aħħar ħtieġa, forsi l-isbaħ u l-aktar profonda, hija t-tielet, ‘li tkun umli fl-imġieba
Hija immaġni ta’ dawl, ta’ paċi, ta’ sbuħija – Alla qed jgħidilna li aħna verament uliedu, il-
magħżulin tiegħu. Alla jixtieq biss minna li nimxu miegħu b’umiltà, li nirrikonoxu li mingħajru m’aħna xejn, li l-qawwa tagħna ġejja mingħandu. Alla jħobb ruħ umli u sinċiera. L-umiltà ġġiegħlna niffukaw biss fuq il-Mulej – it-tama tagħna qegħda f’ħoġor il-Mulej.
Mela ejja dejjem niftakru li ‘uriek x’inhu tajjeb u x’jistenna minnek il-Mulej’. Aktar ma
nintelqu f’idejn Alla b’umiltà aktar inkunu qed inħallu Lilu jmexxina fit-triq lejn is-salvazzjoni
Insellmilkom,
Paci u sliem
Mariella Spiteri-Gonzi, ofs
0 Comments