Huti Frangiskani,
Dan hu l-ewwel messagg tieghi ghal din is-sena. Kif dejjem nghidu, iz-zmien jghaddi u ma jistenna ‘l hadd. Diga ghaddew sittax-il-gurnata mis-sena l-gdida. Kuljum nersqu lejn dak il-jum li fih ninghataw kollhna kemm ahna lil Mulej. L-ahhar ghotja ta’ hajjitna!
L-ahhar tahdita tieghi semmejtha: “X’fettillek Mulej tigi fostna bhala tarbija?” Ghidtilkom li kull tarbija hija skola ta’ virtuwijiet. Umilta, Innocenza, Semplicita, ma tahsibx hazin, ma tiggudikax, ma tghirx, Fiducja shiha, ma tahsibx ghall-ghada.
Xtaqt li ghamilt aktar enfasi fuq il-fatt li tarbija ma tbezza’ lil hadd. Hadd ma jibza’ minn tarbija. Gesu ma giex biex ibezzghana mis-setgha u l-qawwa Tieghu. Gie biex jigbed lil kulhadd lejh. Gie biex ihabbibna mal-Missier. Gie biex jerga jhabbeb lil-bniedem midneb mal-Hallieq u biex jerga’ jgib l-armonija fil-holqien.
Mat-twelid tat-tarbija Gesu, l-Angli habbru l-Paci fl-art lil Bnedmin ta’ rieda tajba. Gie biex jaghti l-vera paci. Paci li tohrog biss minn dik l-imbierka maxtura ta’ Betlehem. Ikollna l-vera paci biss f’hajjitna meta naccettaw f’qalbna lit-tarbija Gesu.
Il-kobor tal-misteru tal-Inkarnazzjoni naslu biex “nifhmuh” jekk ninzghu mis-suppervja taghna u “nilbsu” l-umilta u s-semplicita tat-tarbija Gesu. Ghalhekk Gesu stess qalilna li jekk ma nsirux bhat-tfal iz-zghar ma nidhlux fis-Saltna tas-Smewwiet.
Ftit tal-granet ilu, id-dinja kattolika tilfet wiehed mill-akbar teologi ta’ zminijietna. Qed nirreferi ghal Papa Emeritu Benedittu XVI. Ghad iridu jinkitbu bosta kotba dwar it-taghlim tieghu u l-ispiritwalita tieghu.
Ippermettuli naqsam maghkom silta profonda ta’ dan il-Papa kbir dwar it-Tarbija Gesu.
“L-Iben ta’ Alla l-ħaj twieled fi stalla f’Betlehem. Ħafna nies jaħsbu li dan hu wisq tajjeb biex ikun veru. Insibu li, iva, hemm tifsira, u din it-tifsira mhix rewwixta bla saħħa kontra n-nuqqas ta’ tifsira. It-tifsira għandha s-setgħa. Hi Alla. U Alla hu tajjeb. Alla mhux xi essri suprem imbiegħed minna, li qatt ma nistgħu nilħqu. Hu qrib ħafna tagħna; nistgħu nsejħulu; u dejjem nistgħu nilħquh. Hu għandu l-ħin għalija, tant ħin li hu qagħad bħala bniedem fil-maxtura u jibqa’ bniedem għal dejjem.
It-tweġiba kostanti tagħna hija dubju: Kif jista’ jkun dan? Tassew hu possibbli għal Alla li jsir tarbija? Donna ma rridux nemmnu li l-verità hi sabiħa, għax fl-esperjenza tagħna normalment il-verità tirriżulta kiefra u maħmuġa; u fejn dan għall-bidu ma jidhirx li hu hekk, inħaffru u nħaffru sakemm jirriżulta li dak li ħsibna hu minnu.
Hu ġie bħala tarbija, biex ikisser il-kburija tagħna. Forsi konna nċedu l-armi quddiem is-setgħa u l-għerf…, imma hu ma jridx li aħna nċedu: hu jrid imħabbitna. Hu jrid jeħlisna mill-kburija u, hekk, jagħmilna tabilħaqq ħielsa.
Ejjew, għalhekk, inħallu l-ferħ ta’ dan il-jum jinfed lil ruħna. Din mhix illużjoni. Hi l-verità. Għax il-verità – il-verità l-iżjed kbira u vera – hi sabiħa. U hi tajba. Meta l-bnedmin jiltaqgħu magħha, isiru tajbin. Il-verità tkellimna fit-tarbija li hi l-istess Iben ta’ Alla.”
Joseph Ratzinger, “Il-Barkiet tal-Milied”.
L-iskiet tat-tarbija
Is-skiet hu l-ispazju ta’ din it-tarbija.
Is-skiet hu l-post fejn jitwieled Alla.
Huwa biss meta aħna nidħlu f’dan l-ispazju tas-skiet
li nilħqu l-punt fejn jitwieled Alla.
Nawgura lil kulhadd li minkejja l-genn u l-istorbju tal-hajja li l-bniedem qed jghix illum, insibu ftit ta’ spazju tas-skiet biex b’hekk nilhqu l-mument fejn jitwieled Alla u jibqa jaghmmar fina.
Is-Sliem u l-Paci tat-Tarbija Gesu tkun maghkom fis-“skiet” tal-hajja taghkom.
Peter ofs
0 Comments