L-INDULĠENZA TAL-PORZIUNCOLA
1. Il-Ħadd 1 u t-Tnejn 2 ta’ Awwissu :
Festa tal-Indulġenza tal-Porziuncola.
Matul din il-ġimgħa tintrebah l-Indulġenza tal-Maħfra tal-Porziuncola bil-kundizzjoni tas-soltu.
• Tagħmel żjara fi Knisja Parrokkjali jew fi Knisja Franġiskana.
• Titlob il-Missierna u l-Kredu.
• Tagħmel Qrara Sagramentali.
• Tirċievi l-Ewkaristija.
• Titlob skond l-intenzjoni tal-Papa.
NB. L-Indulġenza tista’ tiġi applikata għalik innifsek jew għal xi persuni mejtin.
2. Il-Ħamis 5 ta’ Awwissu :
6.00pm Adorazzjoni komunitarja b’temi attwali.
3. Il-Ġimgħa 6 ta’ Awwissu :
L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar.
Il-Patrijiet iżuru lill-anzjani u lill-morda fi djarhom għal Qrar u t-Tqarbin.
4. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali: “IL-Ħbieb Tas-Santwarju”, tħabbar bi pjaċir li l-membri attivi fis-Soċjeta, issa telgħu 40 attivist.
• L-Għaqda tħeġġeġ lil dawk kollha li verament iħobbu s-Santwarju għaziz tagħna biex jissieħbu magħha.
• Il-formoli tal-applikazzjoni jinsabu fl-Uffiċċju tal-Kappillan jew ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu.
• Il-mira tagħna hi li sa l-aħħar tas-sena nilħqu il-mitt membru attiv.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
MOB: 2131 3505 / 7953 7719.