1. It-Tlieta 3 ta` Ġunju, l-O.F.S. ikollhom il-laqgħa minn Peter Darmanin ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali fis-7.00pm. Is-Suġġett: “Agħtuhom intom x’jieklu”
Kulħadd mistieden.

2. L-Erbgħa 4 ta` Ġunju, ir-Raba` Erbgħa ta` Tħejjija għall-Festa tal-Madonna.
Fis-6.00pm in-Novena tal-Madonna u fis-6.30pm il Quddiesa, jippriedka P. Frank Cini M.S.S.P..
Nhar l-Erbgħa, mistiedna l-familji li joqgħodu fit-Toroq: San Duminku; San Ġjaċintu; San Ġużepp; San Lawrenz; il-Karmnu; Sqaq il-Karmnu u ix-Xatt.

3. Il-Ħamis 5 ta` Ġunju, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm, Lectio Divina.
Nħeġġu l-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament biex jattendu.

4. Il-Ġimgħa 6 ta` Ġunju, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar il-patrijiet iqarbnu l-anzjani fid-djar.
Fit-8.00pm Pizza Bingo Night, fi Triq Dun Pawl Vella b’risq il-Knisja. Donazzjoni €20.

5. Infakkru li l-Ħamis 12 ta` Ġunju se mmorru Pellegrinaġġ tal-Ġublew għall-Bażilika tal-Isla.
Ikollna Quddiesa u żjara lir-Redentur Mirakuluż għar-Rebħ ta` L-Indulġenza Plenarja.
Min jixtieq jiġi se jkollna t-trasport mis-Savoy Bus Stop fit-8.30am.
Booking mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci.

6. Il-Ġabra Speċjali b’risq il-Festa kienet €836.90.

7. Għal darb’ oħra qed nagħmlu Skema ta` Ġbir għall-Festa tal-Madonna.
Minflok ma jingħataw fjuri ghal quddiem l-Istatwa, li jintremew wara ftit ġranet, qed nistiednu lill-Għaqdiet; Soċjetajiet; Każini; familji u devoti, biex joffru donazzjoni biex insaħħu l-Fondi għall-Manutenzjoni li qed issir fis-Santwarju.
Id-donazzjonijiet għandhom jingħataw lill-Kappillan f’envelope bl-isem tad-donatur.
Rendikont tad-donazzjonijiet se jkun qed jiġi aġġornat ħdejn l-Istatwa tal-Madonna hekk kif
jidħlu d-donazzjonijiet.
Napprezzaw il-koperazzjoni tagħkom billi ma ġġibux fjuri u minflok toffru BUKKETT TA`
ĠENEROŻITA` b’ rigal lill-Madonna.

8. Il-Fraternita` Franġiskana flimkien mal-Komunita` Parrokkjali tifraħ u tawgura lis-Sinjura Antoinette Cardona, residenta fil-parroċċa tagħna hekk kif f’dawn il-ġranet iċċelebrat għeluq il-100 sena mit-twelid tagħha. Nitolbu għaliha. AD MULTOS ANNOS.

9. Matul din il-ġimgħa għadda għall-Ħajja ta` Dejjem Joseph Bonnici. Agħtih Mulej ……………….

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433