Gheziez hbieb,

Illum 17 ta’ Novembru, Il-Frangiskani madwar id-dinja, specjalment il-Frangiskani Sekulari, jiccelebraw il-festa ta’ Sta. Elizabetta ta’ l-Ungerija. Ahna lkoll familjari mal-hajja ta’ din il-qaddisa.
L-ewwel parti tal-hajja taghha tixbah lil xi ‘fairy tale’ li kienu jirrakkuntawlna meta konna zghar! Storja ta’ Principessa sabiha, tghix go kastell, palazz, mdawra b’rikkezzi tal-medju-evu. Tizzewweg lil Princep tal-kastell u wara ssir Regina. Kellha familja sabiha ta’ tlett itfal. Kienu jinhabbu u jghixu hajja ezemplari. Kellha sittax-il sena meta Elizabetta kellha esperjenza ta’ l-ewwel Frangiskani li waslu l-Germanja u l-Ungerija. Hi nhakmet mill-entuzjazmu Frangiskan, mix-xhieda ta’ Frangisku li warrab il-gid biex jghix il-Faqar Evangeliku.
Imma il-folja nqalbet. Meta kellha biss ghoxrin sena kienet diga romlot. Hi giet imkeccija mill-Palazz u kellha tahdem u tittallab ghal ghixien taghha u ta’ uliedha. Sofriet hafna u hajjitha ntemmet meta kellha biss erbgha u ghoxrin sena..

Elizabetta tibqa’ maghrufa u mahbuba ghax tat l-energija taghha kollha ghal qadi tal-foqra tal-morda, il-batuti, l-emarginati, sew meta kienet Regina u sew meta ftaqret. Meta fl-ahhar inghatat xi beni bhala wirt, bniet sptar li tmexxa mill-Frangiskani.
Baqghet fidila fil-mixja taghha fl-Ispiritwalita Frangiskana sa l-ahhar.

Il-Knisja tipprezentalna l-qaddisin mhux biss biex nammirawhom mil-boghod u biex nohorguhom statwi fil-purcissjoni! Il-hajja taghhom ta’ kuragg evangeliku ghandha tkun ghalina ispirazzjoni biex nimitawhom matul il-mixja ta’ hajjitna.
L-ewwel virtu li tispikka fil-hajja ta Elizabetta hija l-fedelta taghha lejn il-Mulej sew meta  kienet ghaddejja mill-fjur tal-hajja u sew meta l-folja nqalbet. Hi baqghet marbuta mal-Mulej minghajr ma halliet lilha nnifisha tinhakem minn hsiebijiet ta’”Ghaliex kellu jigrili hekk? Ghaliex jien?”

X’taghlima ghalina!  Hawn min jersaq lejn il-Mulej meta jkunu ferhana u hawn min jinsa ‘l Mulej meta kollox ikun sejjer tajjeb u jersqu lejh meta jhossu t-toqol tal-hajja jghaffighom. Jekk ahna nemmnu li l-Mulej jibqa dejjem qrib taghna, bhal Elizabetta nibqghu qrib Tieghu fil-ferh u fin-niket tal-hajja u tkun xi tkun is-sitwazzjoni nibqghu nlissnu b’fidi “Ikun li trid Int.”

Elizabetta qatt ma halliet il-pozizzjoni taghha titla’ ghal rasha. L-imhabba taghha lejn il-batuti fis-socjeta ghelbet kull seher ta’ xewqa ta’poter u qatt ma harset b’disprezz lejn dawk li kienu fil-bzonn. Poggiet lilha nnifisha ghas-servizz ta’ l-ohrajn fil-bzonn u mxiet fuq l-ezempju ta’ Gesu meta fl-Ahhar Cena, Hu, l-Imghallem, l-Iben t’Alla, hasel riglejn l-Appostli.

Ta’ min jirrifletti kemm ahna lesti li ma naqghux fit-tentazzjoni li nqisu lilna nfusna superjuri ghal dawk ta’ madwarna ghax m’humiex fic-‘cirku’ taghna. Nistghu nintilfu u ma narawx il-kobor u s-sbuhija ta’ kull persuna, mahluqa xbiha t’Alla. Kemm ahna lesti li napprezzaw lil kulhadd, ghax kulhadd ghandu xi kontribut x’jaghti, f’forom differenti.

M’hemmx ghalfejn nghidu kif Elizabetta kienet thares lejn il-faqar. Id-distakk taghha mill-ghana li kienet tgawdi anki bhala Regina, urieta fl-opri tal-hniena li kienet twettaq u li baqghet twettaq anki meta ftaqret. Din hi taghlima ghalina li qed nghixu f’dinja materjalista fejn il-poter, l-ghana huma meqjusa bhala valur biex persuna thossha stmata fis-socjeta.  Fl-Evangelju ta’ San Mattew (Mt. 19, 16-22) Gesu sejjah liz-zaghzugh ghani  li ma kellux kuragg jghid “iva” ghax kellu hafna gid. Inharsu lejn Elizabetta u naraw kif ghal kuntrarju ta’ dan iz-zaghzugh, wiegbet ghas-sejha tal-Mulej biex timxi warajh fuq il-passi ta’ Frangisku, bid-distakk mill-gid u l-ghana.
 Elizabetta hija ezempju tal-mod sabih u misterjuz kif Alla jidhol f’hajjitna u jurina fejn Hu jixtieqna naslu. Hi turina li l-Mulej jibqa’ l-ankra ta’ hajjitna.

Din is-sena, ghal hafna minna, se jkun difficli biex bhal snin ohra niltaqghu biex niccelebraw lil Sta Elizabetta . . ejjew nibqghu maghqudin fit-talb.

 

Nawgura lil kulhadd il-festa t-tajba! Sta. Elizabetta idhol ghalina!
Pauline Darmanin ofs