Fr Alex Borg OFMIllum, il-Ħadd, fl-4.00pm fi Ġnien Indipendenza ser jintalab ir-Rużarju.

It-Tnejn : Fis-6.30pm jiltaqa’ l-kor parrokkjali.

It-Tlieta: Fis-6.30pm jitkomplew it-tberik u ż-żjarat fi Triq Ġ. Benċini.

L-Erbgħa : RAS IR-RANDAN. Jum ta’ Sawm u Astinenza. Fil-5.15pm issir il-Via Sagra, nitolbu s-Salmi u Quddiesa bit-tqegħid tar-Irmied. Wara l-quddiesa ser tinfetaħ ir-reġistrazzjoni għall-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza. Ir-reġistrazzjoni tkun tista’ ssir ukoll fl-Uffiċċju Parrokkjali u kuljum wara l-quddiesa tas-6.00pm.

Il-Ħamis : Tifkira tal-Madonna ta’ Lourdes, JUM IL-MORDA. Id-dilka tal-morda ser ssir fil-quddiesa tad-9.30am (fejn qed jiġu mistiedna l-anzjani) u tas-6.00pm. Fis-6.30pm nitolbu r-Rużarju aux flambeaux madwar il-knisja.

Il-Ġimgħa: Fis-6.45pm il-Kunsill Pastorali Parrokkjali ser jorganizza laqgħa importanti ta’ formazzjoni għall-membri tal-Għaqdiet kollha fiċ-Ċentru Parrokkjali bi tħejjija għar-Randan. Ser ikellimna Mons. Frans Abdilla.

Il-Ħadd li ġej il-Kummissjoni Familja qed tistieden lill-koppji miżżewġin u għarajjes għall-quddies tad-9.30am jew tal-11.00am biex flimkien niċċelebraw l-festa tal-Imħabba.

kunjom-t_620x0Infakkru lil dawk li għadhom ma ħadux sehem fiċ-ċensiment tal-Parroċċa, huma mħeġġa biex jagħtu s-sehem tagħhom biex il-Parroċċa tkun tista’ tippjana aħjar il-ħidma pastorali tagħha. Min għadu ma ġabx il-formola mimlija, jista’ jagħmel dan u jwaddabha fil-kaxxi li hemm apposta fil-Knisja.

Sacro Cuor picNixtiequ ngħarrfukom li wara diversi kuntatti ma’ kuntratturi u ħaddiema ta’ xogħol ta’ restawr, fi żmien qasir ser jibda x-xogħol fuq wieħed mill-kampnari tal-knisja.

Nitolbu biex kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid għax kif tafu dan hu xogħol ta’ sogru.

proxyCarmela Zammit twieldet għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.