Gheziez Huti f’San Frangisk,
Kif kien qed joqrob ix-xaghar ta’ Ottubru, ix-xaghar tar-Ruzarju, gietni l-kurzita biex insir naf ftit aktar kif u meta bdiet l-uzanza li jinghad ir-Ruzarju, kif u meta nghaqdu il-versi flimkien tas-Sliema u l-Qaddisa u taghrif iehor dwar il-Missierna.
It-talba tal-Missierna nafu li gejja diretta mill-Imghallem taghna stess Sidna Gesu Kristu li, permezz tad-dixxipli Tieghu, ghallimna kif ghandna nitolbu matul il-famus diskors ta’ fuq il-muntanja. Ghal din it-talba hemm zewg forom fit-Testment il-Gdid – il-versjoni l-qasira li nsiebuha fil-Vangelu ta’ San Luqa, Kap 11: 2-4, u l-versjoni t-twila, jigifieri dik li nghidu ahna, li nsiebuha fil-Vangelu ta’ San Mattew, Kap 6: 9-13.  Fiz-zewg kuntesti hija mudell ta’ kif ghandna nitolbu.  Din it-talba tikkonsisti fi tlett elementi – tifhir lill-Alla,talba lil Alla biex jiehu hsiebna ghal dak kollu li ghandna bzonn fir-ruh u fil-gisem u l-herqa ghal migja tas-Saltna t’Alla.
Is-Sliema u l-Qaddisa ma gewx maghqudin flimkien qabel il-hdax il-seklu.  L-ewwel parti, jigifieri,“Is-Sliem ghalik mimlija bil-grazzja…..” kif nafu, hija mehudha mill-Annuncjazzjoni, meta l-Anglu Gabrijel sellem lil Marija b’dan il-kliem (Luqa 1:28).  It-tieni parti hi mehudha mill-Visitazzjoni, meta Elizabbetta tat merhba lil Marija bil-kliem “Imbierka inti fost in-nisa u mbierek il-frott tal-guf tieghek” (Luqa 1:42).
Ghalkemm dawn iz-zewg versi gejjin dirett mill-Bibbja, il-Kristjani m’ghaqqduhomx flimkien qabel il-hdax il-seklu.  Fil-fatt m’hemm ebda hjiel li s-Sliema kienet accettata bhala talba devozzjonali qabel 1050.  L-istorja turi li bdiet tiehu l-popolarita taghha fost il-hajja monastika ta’ dak iz-zmien meta ddahhlet fl-Ufficcju z-Zghir tal-Madonna bhala responsorji u versetti.
Kien ftit taz-zmien wara li zdiedet it-tieni parti, dik tal-Qaddisa, li hija invokazzjoni lill-Omna Marija Santissima biex hi tidhol ghalina biex bl-intercessjoni taghha tirrikonciljana ma’ binha Gesu. Din it-talba issa saret il-pilastru fid-devozzjoni taghna l-Kattolici ghax tesprimi l-imhabba lejn il-Vergni Maria billi nuzaw kliem mill-Iskrittura.  Din issir talba iktar qawwi meta nitolbu l-ghajnuna taghha meta naslu f’dak il-mument l-aktar krucjali fil-hajja taghna meta nkunu se naghddu fl-ghamara tal-Hallieq.
Ghalkemm hemm diversi teoriji mill-istorici, l-istorja tar-Ruzarju fil-Kattolicezmu hi attribwita lil San Duminku. Dan meta fil-bidu tat-1200 fin-nofs inhar ta’ Franza dehritlu l-Madonna bil-kuruna tar-Ruzarju f’idejha u talbitu biex ixerred ir-Ruzarju halli n-nies jikkumbattu l-hazen u d-dnub. Ir-Ruzarju jressaqna vicin il-misteri tal-hajja ta’ Kristu, il-passjoni u l-mewt Tieghu biex isalvana.
It-talba tar-Ruzarju iggibilna serhan tal-mohh ghax nafu lil-Mulej qed jismana u, filwaqt li nkunu qed impoggu l-fidi taghna fi Kristu, inkabbru l-hbiberija u l-imhabba taghna lejn Alla, nitolbu ghall-ghaqda tal-Knisja u nkunu wkoll qed naghmlu dak li talbitna l-Madonna ghal miljun darba fid-dehriet taghha kemm gewwa Fatima, Lourdes, Medjugorje u hafna ohrajn.
It-talba tar-Ruzarju tant hi qawwija li tul l-istorja skansat lid-dinja mill-kefrija ta’ hafna gwerer u  salvat il-hajjiet ta’ diversi popli, ghax meta nghidu r-Ruzarju ikollna lil Marija hdejna li timlina b’tama qawwija fi zmienijiet difficli.  Allura x’hemm isbah milli nitkebbsu bil-hlewwa ta’ l-imhabba ta’ din l-Omm tas-sema u nhalluha tidhol go qalbna?
Il-Qaddis Papa San Gwann Pawlu II kien jghid: “Nitolbu r-Ruzarju u nhallu lilha tiehu hsieb il-problemi taghna”.
 
Ghalhekk mela, ejjew nitolbu r-Ruzarja aktar minn qatt qabel bi hrara qawwija specjalment fiz-zmienijiet imqanqla tal-lum li tinsab fihom id-dinja kollha, mhux l-inqas ahna.
Cecilia ofs