Gheziez huti fl-Ordni Frangiskan Sekulari,
Il-lejla mhux se niltaqghu bhas-soltu. Mhux b’kapricc, imma ghax ic-cirkustanzi prezenti jitolbu dan.
F’dan il-mument ta’ prova ghalina ilkoll u ghal Malta taghna, ejjew flimkien ninghaqdu u nitolbu ghal xulxin u ghall-proxxmu taghna kollu, specjalment l-gheziez taghna u ghal kull membru tal-Parrocca taghna.
Ninsabu fir-Randan imqaddes. Zmien ta’ talb, sawm u penitenza. Zmien ta’ riflessjoni personali. Wara ir-Randan jigi l-Ghid Imqaddes. It-tama taghna, l-assigurazzjoni taghna tinsab biss fi Kristu Rxoxt. Kristu Rebbieh fuq kull mard u fuq il-mewt.
Inheggeg lil kulhadd biex jibqa’ jisma l-quddiesa ta’ kuljum fuq il-mezzi tax-xandier. Ahna nsegwi ta’ kuljum il-quddies mill-Kanada fuq dan is-sit partikulari: https://www.youtube.com/watch?
Tista tidhol f’dan is-sit, x’hin trid matul il-gurnata u ssegwi l-quddiesa ta’ kull jum. B’hekk ma jkollokx ghalfejn tqalleb l-istazzjonijiet u tiftakar il-hin tal-quddies fuq stazzjonijiet differenti.
Naghmlu hilitna kollha biex ta’ kuljum naghmlu t-Tqarbina tax-xewqa u nghidu r-Ruzarju kuljum mal-membri tal-familja kollha. Jien nemmen hafna fil-qawwa tat-talb.
Idhlu f’dan is-sit: http://www.laikos.org/QQ/Qari_
Inzommu il-hsibijiet taghna dejjem ‘l fuq specjalment lejn Marija, is-Sultana Inkoronata taghna tal-Qalb ta’ Gesu u nitolbuha l-protezzjoni taghha fuq Malta, fuq il-Parrocca taghna u fuq il-Fraternita Frangiskana li tiehu hsiebna.
Filwaqt li inselli ghalikom ilkoll, nixtieq lil kulhadd PAX ET BONUM.
Peter ofs
Ministru
0 Comments