Gheziez Huti f’San Frangisk,
Ghalkemm ix-xaghar ta’ Awwissu jgorr mieghu hafna shana, igib mieghu festa importanti ta’ Marija Imtella s-Sema bir-Ruh u l-Gisem biex toqghod hdejn l-Iben il-wahdieni Taghha .  Xhieda ta’ kemm din il-festa hi mportanti hafna ghalina l-Maltin hu l-fatt li ghandna numru kbir ta’ bliet u rhula li jiccelebrawha.  Hija festa kbira wkoll ghalina ghax f’din il-gurnata partikolari nikkommemoraw il-wasla tal-Konvoj ta’ Santa Marija li dahal pajjizna fit-tieni gwerra dinjija biex isalva lil Malta mill-guh u l-ghaks meta kienet f’xifer l-irdum li ccedi f’idejn l-ghadu.
Tul-hajjitha Marija baqghet izzomm sewwa f’qalba dak kollu li qrat, semghet u rat, u kienet tahseb bejnha u bejn ruhha.  Kemm affarijiet ma setatx tifhem, izda Hi dejjem qaghdet ghar-rieda tal-Missier bla ebda kundizzjoni.  Aktar ma kienet tiftakar u tahseb fil-misteri tas-sema, aktar kienet timtela bil-ferh, titwettaq bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, timxi lejn Alla u thares l-umilta taghha.  Xorti kbira ghandna meta Gesu stess minn fuq il-salib taha lilna bhala Ommna.  Bhala omm li thobb lill-ulieda, Marija tindukrana l-hin kollu, b’imhabba kbira twissina kemm il-darba permezz ta’ diversi dehriet biex ma nintilfux u taghmila ta’ medjatrici ghalina quddiem Alla l-Missier.  Hi dik l-Omm li taghraf x’ghandhom bzonn uliedha bhal fit-tieg ta’ Kana meta ndunat li l-gharajjes spiccalhom l-imbied.  U x’qaltilhom lil-qaddejja:  “Aghmlu dak li jghidilkom”.
 
Ir-ruh tal-Vergni Marija hi tassew imbierka:  l-Ispirtu s-Santu ghammar fiha u ghallimha toqghod dejjem ghal dak kollu li l-Verb t’Alla ried minnha.  Ma kinitx taghmel dak li thoss Hi jew li jidhrilha Hi kif naghmlu ahna, imma kienet iggib ruhha minn barra skond mal-Gherf kien inebbahha temmen minn gewwa.
Ejjew nahdmu biex ir-ruh taghna tkun tixbah lil taghha. Ejja nkunu nixbhu lilha biex nissaffew fl-ispirtu u nitnadfu mit-tniggis tal-htija.  Alla hemmhekk ihares izjed lejn is-sentimenti taghna milli lejn dak li naghmlu.  Dan kollu naghmluh ghax inhossu l-imhabba ta’ Kristu ssuqna.  Din hi tassew offerta safja u spiritwali li toghgob lil Alla, ghax din issir fit-tempju ta’ qalbna, fejn Kristu l-Mulej ihobb jidhol.
San Luigi Marija De Montford qalilna li “F’kull haga li nindahlu biex naghmlu, ghandna naraw kif kienet taghmel dik il-haga Marija, jew kif kienet tagmilha issa kieku kienet minnflokna”.
Mhux bil-festi pagani u l-qatta storbju ta’ barra se nuru kemm verament inhobbuha din l-Omm taghna, izda billi ‘NAGHMLU DAK LI JGHIDILNA’.
Cecilia, OFS