Gheziz huti frangiskani ,
Il- Ministru taghna talabni sabiex nikteb kelmtejn biex bihom nipprova nghaddilkom messagg ckejken bhal ma qed jaghmlu ta’ kull gimgha hutna fl-Ordni Frangiskan Sekular kull nhar ta’ Tlieta biex b’hekk nibqghu nzommu l-ghaqda shiha li dejjem kellna bejnietna.
Ghalhekk jien ser nistaqsikom mistaqsija semplici li forsi gie li smajtuha. Min HU Sidna Gesu’ Kristu? U hawnkekk l-ewwel twegiba zgur ser tkun id-dikjarazzjoni ta’ San Pietru meta qal lil Gesu’ meta staqsieh mistoqsija simili. Pietru dlonk wiegbu,”Int l-Iben t’Alla ‘l-haj”. U hekk hu. Sa minn ckunitna dejjem ghallmuna li Gesu’ hu l-iben t’Alla maghmul bniedem, it-Tieni Persuna tat-Trinita Qaddisa li f’ghaqda shiha mal-Missier u ma’ l-Ispirtu s-Santu huma Alla wiehed. Hekk fil-kredu nistqarru li Gesu’ huwa dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, mnissel mhux maghmul, natura wahda mal-Missier u biH ser kollox.
Risposta ohra li wiehed tigieh f’mohhu hi dik li Gesu’ huwa s-Salvatur taghna. Hekk hu mnissel mill-Ispirtu S-Santu fil-guf purissimu tal-Vergni Marija, Gesu’ ha l-gisem bhalna, bhalna f’kollox barra mid-dnub. Ta’ tletin sena beda l-hajja pubblika tieghu u wara tliet snin ta’ hidma bla waqfin ta’ lilu nnifsu ghalina. U kif nafu tajjeb ahna wara passjoni l-izjed harxa spicca msallab ghalina fuq is-salib u wara tliet sighat ta’ l-agunija sahansitra miet ghalina fuq l-istess salib. B’hekk saret il-fidwa taghna l-bnedmin u fethilna berah il-bieb tal-Genna.
Hafna drabi naraw l-istampa sabiha ta’ Gesu’ bhala raghaj. Bhalma r-raghaj imexxi l-quddiem il-merhla tieghu biex isibu merghat tajbin ghalihom hekk Gesu’ jmexxina ghall-hajja ahjar jekk ahna jkollna fiducja shiha fiH bhalma n-naghag jafdaw b’ghajnejhom maghluqa lir-raghaj taghhom. U bhalma r-raghaj jiehu hsieb, ihobb u jindokra sa l-inqas naghga li ghandu hekk ukoll Gesu jhobbna u jiehu hsiebna u jbieghda minn kull gwaj jew periklu li nistghu’ niffaccjaw fil-hajja.
Naf cert li ghandkom hafna risposti ohrajn li bhalissa ghaddejjin minn mohhkom. Min jaf forsi meta nergghu niltaqghu, jekk Alla jrid, tghadduhom lilna wkoll.
Insellmilkom.
Paci u sliem
Joe Debono ofs
0 Comments