MARIJA OMM ALLA u JUM IL-PAĊI
1. Is-Sibt 31 ta’ Diċembru : Huwa l-Aħħar tas-Sena. 5.00pm Quddiesa. 6.30pm Quddiesa konċelebrata bit-Te Deum.
2. Il-Ħadd 1 ta’ Jannar 2023 : L-Ewwel tas-Sena. Solennita’ ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi.
3. It-Tlieta 3 ta’ Jannar : 6.30pm Laqgħa tal-OFS. Taħdita minn Peter Darmanin bis-suġġett “Ġesu’ x’fettillek tiġi fostna bħala tarbija?”. Il-laqgħa se ssir fejn l-Uffiċċju tal-Kappillan u hi miftuħa għal kulħadd.
4. Il-Ħamis 5 ta’ Jannar : 4.30pm sas-7.30pm Laqgħa ma’ Fra Lorrie għat-Tfal Subien fil-Kunvent tagħna r-Rabat biex naqsmu l-ferħ tal-Milied flimkien.
5. Il-Ħamis 5 ta’ Jannar : 7.30pm Jibda l-Kors ta’ Kana fiċ-Ċentru Parrokkjali.
6. Il-Ġimgħa 6 ta’ Jannar : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Il-Patrijiet iżuru l-Morda u l-Anzjani tal-Parroċċa għal Qrar u t-Tqarbin.
7. Il-Ħadd 8 ta’ Jannar : Festa tal-Epifanija tal-Mulej Ġesu’.
8. Il-Katekiżmu : Jerġa’ jibda fil-ġimgħa li tibda fid-9 ta’ Jannar 2023.
9. Il-Fondazzjoni u l-Għaqda Volontarja “Il-Ħbieb tas-Santwarju” : Jixtiequ jagħtu s-Sena t-Tajba lil Fraternita’ Franġiskana u lil Parruċċani kollha u jawguraw lil kulħadd Sena mimlija b’kull Barka mis-sema.
10. L-Arċisqof Charles J. Scicluna : Se jiċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-5.45pm għall-Koppji li żżewwġu fl-2022 u dawk li ser jiżżewwġu fl-2023. Dawk li żżewwġu fl-2022 se jiltaqgħu s-Sibt 7 ta’ Jannar 2023. U dawk li ser jiżżewwġu fl-2023 se jiltaqgħu s-Sibt 14 ta’ Jannar 2023. F’dawn iż-żewġ okkażjonijiet se jqaddes Mons Arċisqof u fl-aħħar ta’ kull quddiesa l-koppji se jiltaqgħu miegħu personalment u jagħtihom tifkira.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.