Fr Norbert
Jinghad ta’ spiss li l-Milied huwa festa tat-tfal — u l-Ghid, minhabba t-tbatija u l-mewt huwa tal-irgiel jew adulti.

Jien ghext il-Milied u l-Ghid f’pajjizi ohra, kemm imhabba l-istudji tieghi, kif ukoll imhabba l-pastorali, imma mkien ma rajt l-istess twahhid tar-religjon u hajja mghixa, bhalma nara f’Malta. Naturalment ma mortx fil-pajjizi tad-dinja kollha, ghalhekk ma nistax inkun assolut fil-gudizzju tieghi, imma dak li nara Malta, jaghtini sens ta’ qbil perfett (jew kwazi) bejn twemmin u kultura.

F’pajjzi ohra, nghidu ahna l-Ingilterra, Franza, Canada, l-Italja, kemm il-Milied kif ukoll l-Ghid thoss differenza kbira bejn l-atmosfera t’hemm u dik ta’ Malta. F’dawk il-postijiet l-Ghid u l-Milied jinhassu bis fl-irqajja tal-knejjes, u barra xejn hlief il-kummerc, u il-pitirossi u s-snowmen fid-dekorazzjonijiet, biex ma nsemmux xorb u ikel (li mhumiex neqsin lanqas Malta).

Tarbija centru

Il-Milied ghandu fic-centru tarbija – Gesu. Malta ikantaw it-tfal, jaghmlu l-prietka t-tfal, johorgu bil-bambin it-tfal (tal-Muzew), iferrhu l-imwejjed it-tfal, jaqilghu ir-rigali t-tfal. Fil-pageants, jidhlu hafna tfal specjalment meta jigu mar-rghajja biex iqimu lill-Bambin Gesu.

Halli ghalihom il-mamajiet jitpaxxew bit-tfal taghhom libsin il-kostum ta’ Lhud zghar helwin. Insomma anke l-migja tas-Slaten Magi toghgob lit-tfal, ghax fiha jidhru l-magi u hafna makeup fuq l-ucuh tas-Slaten – u t-tfal ihobbu jindilku bil-makeup, kif jafu l-genituri kollha. Insomma fil-Milied hemm ferh u kant, angli bil-gwienah fis-sema u tfal imgerrmin fuq l-art.

Ghall-kuntrarju, l-Ghid jibda bis-sawm u astinenza, bl-iebes. L-Erbgha tal-Irmied ifakkarna li trab konna u trab nergghu inkunu, haga li difficli ghat-tfal jifhmuha. Imbaghad ghandna l-ahhar ftit granet, li jinbdew bl-iebes, id-Duluri, L-Ahhar Cena bl-ispeci ta’ goodbye, Il-vizti tas-Seba’ knejjes bis-sepulkru hiemed, il-Mewt ta’ Gesu u l-izvujtar tal-knejjes sakemm nigu ghas-Sibt filghaxija meta fl-ahhar nifirhu ma’ Kristu Rxoxt, Kristu li rebah il-Mewt. Il-figolli bil-bajda fihom ma jfissrux ghajr il-hajja gdida.

Udjenza matura

L-Ghid ghalhekk jitlob udjenza matura. Udjenza li taf x’jigifieri tbatija u mewt. L-Ghid zmien l-adulti.

Jew ahjar, l-Ghid hu Zmien il-Mara. Ghax il-Mara hija omm l-umanita, hija omm Gesu, hija l-Maternita tal-Knisja Omm, hija ir-rigenerazzjoni tal-umanita permezz tat-twelid gdid, u mat-twelid hemm marbuta l-Mara, l-Omm.

Nistghu nghidu li f’dan is-sens is-saga tibda mal-festa tad-Duluri. Hija siehba fit-tbatijiet ta’ Gesu, imma ghandha t-tbatijiet taghha ta’ omm li tara lil dak li taghtu l-hajja jinhaqar, jigi mzeblah, donnu jibqa’ tellief jissawwat, jinqatel, u jindifen. Id-Duluri (Marija) tiffigura l-mara kullimkien, il-mara li kollox ghall-wiccha, l-ulied jitwieldu fi hdanha, u jirritornawhomlha fi hdanha meta jmutu.

Mhux ta’ b’xejn il-purcissjonijiet tad-Duluri ikunu mimlijin ommijiet jibku u jitolbu, aktar milli ghalihom stess, ghal uliedhom. Il-mara tiehu hsieb il-bniedem, u ggorr f’qalba il-wegghat kollha taghhom. M’hawnx invenzjon fid-dinja isbah mill-omm.

L-Ghid mhuwiex sempliciment kultura

Pero l-Ghid mhuwiex sempliciment kultura. Ghalmenu m’ghandux ikun biss kultura, ghalkemm forsi f’hafna postijiet u f’hafna qlub, hekk sar. L-Ghid jispicca bil-Qawmien, bir-rebha, bil-hajja, bit-tama, bil-hniena u bil-paci, u fuq kollox, bil-weghda li ghamilna x’ghamilna, nistghu nergghu inqumu nibdew mill-gdid.

Issa ghiduli jekk l-omm hiex dik li taghtina dan kollu, u meta kulhadd iwarrabna, hi tilqaghna, tghannaqna, tbusna u tfejjaqna mid-dwejjaq kollha taghna. Hi biss ma titradina qatt.

L-Ghid, il-misteru l-kbir tat-twemmin taghna jikkonsagra l-figura tal-mara, u jaghtina f’Marija, l-Omm tal-ommijiet.