1. It-Tnejn 2 ta’ Marzu sal-Ġimgħa : 9.30am Eżerċizzi għal kulħadd fil-Knisja minn Patri Ramon Farrugia ofm.
2. It-Tlieta 3 ta’ Marzu : 6.30pm Laqgħa tal-L-OFS. Jitkellem Peter Darmanin fuq is-suġġett : “Il-bniedem maħluq biex iħobb u jkun maħbub”. Kulħadd hu mistieden.
3. Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu : L-ewwel ġimgħa tax-xahar.
Qrar u Tqarbin tal-Morda/Anzjani fid-djar mill-Patrijiet.
6.00pm Adorazzjoni, mill-Letturi u Animaturi. Il-Koperaturi Pastorali mħeġġa jattendu.
7.15pm Laqgħa tal-‘Cor Group’ Abbatini.
7.15pm Laqgħa għall-Ġenituri tat-Tfal li ħa jersqu għas-Sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Konfermazzjoni ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
4. Is-Sibt 7 ta’ Marzu : 9.30am Laqgħa ta’ Formazzjoni għall-Abbatini, 12 il-sena il fuq.
5. Il-Kappillan din il-ġimgħa : Ser jiltaqa’ ma’ dawn il-gruppi: Il-Pre-Teens; l-Għarajjes ta’ Kana; l-Anzjani tad-Day Centre; il-Ġenituri tat-Tfal tal-Preċett u tal-Griżma.
6. Il-Ħadd 8 ta’ Marzu : Jiġi fi tmiemu l-Kors ta’ Kana. Il-Kappillan jagħtihom iċ-Ċertifikat waqt Quddiesa għalihom fiċ-Ċentru.
7. Il-Ħadd 15 ta’ Marzu : Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan b’risq id-Dar tal-Providenza. L-Applikazzjonijiet mingħand Peter u Pauline Darmanin jew mill-Uffiċċju tal-Kappillan.
8. Il-Pre-Teens jistiednu Żgħażagħ minn 12 il-sena ‘il fuq : Kull nhar t’Erbgħa fil-5.15pm fiċ-Ċentru. Jiddiskutu wkoll it-Tema magħżula għall-Assemblea Parrokkjali.
9. Dawk li jixtiequ Jgħammdu lit-Trabi fil-Vġili tal-Għid : Ikellmu lil Kappillan.
10. Direttivi biex ma’ jinteridx il-Mard :
i. It-Tqarbin isir biss fuq l-idejn.
ii. Ma’ jitħallex ‘tissues’ fuq il-bankijiet tal-knisja!
11. Min jixtieq jagħti Donazzjoni għall-Fjuri : Biex jiżżejjnu l-Vari u s-Sepulkru tistgħu tgħadduhom lil Fra Lorrie jew lil Patrijiet.
12. Il-Kummissjoni Festi tavża :
Qed jinbiegħu Slaleb tal-Injam għal galleriji fejn il-bookshop tal-knisja.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.
0 Comments