1. Matul l-Avvent, bi tħejjija għall-Milied, mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.30am u 7.45am, għal min jixtieq
jista` jissieħeb magħna fit-Talb fil-Kappella tas-Sagrament. It-Talb jintalab minn fuq il-mobile.
2. It-Tnejn 4 ta` Diċembru, fis-6.30pm il-laqgħa tal-Ushers.
3. It-Tlieta 5 ta` Diċembru fis-6.30pm il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Pauline Darmanin twassal ir-Riflessjoni dwar “ L-Istennija”. Kulħadd mistieden.
4. L-Erbgħa 6 ta` Diċembru, Festa ta` San Nikola, b’rabta mal-Milied, it-tfal tal-Iskola St. Benild, se jieħdu sehem fil-Quddiesa tad-9.00am u wara jfakkru l-Qaddis b’kant u play. Wara se jżuru numru ta’ anzjani fi djarhom.
5. L-Erbgħa 6, il-Ħamis 7 u l-Ġimgħa 8 ta`Diċembru niċċelebraw l-Immakulata Kunċizzjoni Omm l-Ordni Franġiskan. Fil-Quddiesa tas-6.00pm issir Riflessjoni u Kant tat-Tota Pulchra.
Il-Ġimgħa, Jum il-Festa għalkemm mhix kmandata inħeġġukom tieħdu sehem fil-Quddies. Filgħaxija ssir il-Quddiesa tal-Festa.
Bingo Breakfast fl-10.00am fil-Każin Banda Sliema. Donaazzjoni ta` €15.
6. Il-Ħamis 7 ta` Diċembru fil-5.30pm l-Adorazzjoni, wara l-Quddiesa Lectio Divina.
7. Il-Ħadd 10 ta` Diċembru, it-Tieni Ħadd tal-Avvent, għall-Quddiesa tat-tfal fid-9.30am mistiedna l-
Ommijiet u min qed jistenna tarbija u nsejħu Barka Speċjali fuqhom.
8. It-Tlieta 12 ta` Diċembru, il-Familji Franġiskni se jiċċelebraw it-800 Sena mill-Ewwel Presepju ta` San
Franġisk f’Greccio, fil-Knisja tal-Qawra. Fis-6.00pm Ċelebrazzjoni mmexxija mill-E.T. Mons Joe
Alessandro O.F.M. Kap. Se nagħmlu Trasport fil-4.45pm mis-Savoy Bus Stop.
Biljetti mingħand Marianne Bonaci u Margaret Cini, mill-Bookshop.
9. Nirringrazzjaw familja li rregalat Xbieha tal-Beatu Carlo Acutis li tinsab fl-Altar ta` San Ġilormu.
Huwa protettur tal-morda bil-Kanċer u għal żgħażagħ bi kriżi ta` fidi.
10. Il-Kummissjoni Festi u l-Banda Sliema se jorganizzaw Christmas Dinner nhar it-Tlieta 12 ta` Diċembru
fil-Każin fit-8.00pm.
Illum qed isir bejgħ tal-Ponzjetti w ikel tal-Milied.
Napprezzaw jekk tordnaw Ponzjetta għas-Santwarju għal żmien il-Milied.
11. S’issa Donazzjonijiet b’risq il-Proġett tal-Manutenzjoni tal-bjut tal-Knisja li se jiswa €20,000,
ingħataw €1,800. Infakkrukom fid-donazzjoni ta` €200 li tistgħu toffruha ftit, ftit.
Napprezzaw il-ġenerożita` u s-sapport tagħkom.
12. Min soltu jqassam materjal stampat fid-djar, il-Kummissjoni Festi ħejjiet l-envelopes għall-
Kalendarju tal-Parroċċa fis-Sagristija.
Paci u Sliem.
Fr Martin Coleiro OFM
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments