Sidna Ġesu’ Kristu, Sultan tal-Ħolqien Kollu.
1. Il-Ħadd 21 ta’ Novembru : Festa ta’ Kristu Re fil-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid. 5.00pm Salmi tal-Għasar u Quddiesa mill-Arċisqof Mons Charles J. Scicluna.
2. Dan il-weekend : Iż-Żgħażagħ tagħna flimkien mall-Kandidati tal-Griżma tal-Isqof kellhom iħassru l-‘Bake Sale’ minħabba sitwazzjoni li ma kellhomx kontroll fuqha. Dan se jsir il-Ħadd 5 ta’ Diċembru wara l-Quddies tat-8.00am, tad-9.30am u tal-11.00am.
3. It-Tlieta 23 ta’ Novembru : 6.30pm Taħdita qasira pubblika fis-Santwarju minn Peter Darmanin bis-suġġett : “Kif se nħalsek Mulej, għal ġid kollu li għamilt miegħi.” Kullħadd hu
mistieden.
4. Il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru : Żjara fiċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata. 9.00am Tluq mis-Savoy Bus Stop. Prezz 5 Euro. Biljetti mingħand Marianne Bonaci. Importanti li kulħadd ikun bil-maskra.
5. Il-Ħadd 28 ta’ Novembru : 11.00am Quddiesa bil-parteċipazzjoni ta’ Koppji li qed jiċċelebraw l-Anniversarji miż-Żwieġ tagħhom li kienu jattendu ċ-Ċentru taż-Żgħażagħ tal-Parroċċa tagħna snin ilu.
6. It-Tlieta 30 ta’ Novembru : Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja tagħna. 5.30pm Novena. 6.00pm Quddiesa li fiha jiġu Inċensati is-Slaleb tal-Konsagrazzjoni.
7. Il-Fondazzjoni : Tirringrazzja lil min qed joffru 10 Ewro fix-xahar b’risq il-manutenzjoni tas-Santwarju.
Min ma jistax joffri 10 Ewro fix-xahar, inħeġġuh joffri Ewro (1.00) fil-ġimgħa.
Itfgħu d-donazzjonijiet tagħkom fil-Kaxxa tal-Fondazzjoni li tinsab ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu’, jew ħdejn il-bieb ta’ barra li jinsab fuq il-lemin.
Is-Sultana tagħna tbierek il-ġenerożita’ tagħkom.
Grazzi tal-ġenerożita.
8. Programm tal-Ħdud tal-Avvent fil-Quddies tad-9.30am :
L-1 Ħadd isir it-Tberik tal-Girlanda tal-Avvent.
It-2 Ħadd isir it-Tberik tat-Trabi fil-Ġuf.
It-3 Ħadd isir it-Tberik tat-Tfal.
Ir-4 Ħadd isir it-Tberik tal-Bambini tal-Milied.
I
l-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
Mob: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments