1. Il-Ħadd 17, it-Tnejn 18 u l-Ħadd 24 ta’ Settembru se ssir ir-reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu. Il-Ħdud bejn l-10.15am u 12.00pm u t-Tnejn bejn 5.00pm u 7.00pm.
Ir-reġistrazzjoni ssir ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

2. It-Tnejn, il-Kappillan se jkompli jiltaqa` mal-Għaqdiet. Għada t-Tnejn se jiltaqa` mal-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, nhar l-Erbgħa 20 ta’ Settembru se jiltaqa` mal-Katekisti tal-Pre-Teens u nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru mar-Retturi tal-Fratellanzi tas-Sagrament u tal-Madonna tas-Sacro Cuor u mal-membri tal-Leġjun ta’ Marija.
Il-laqgħat isiru dejjem fis-7.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Minħabba l-importanza ta’ dawn il-laqgħat l-attendenza hi apprezzata.

3. Nhar is-Sibt 30 ta’ Settembru se ssir attivita` għall-abbatini, tfal u adoloxxenti fil-Knisja tagħna l-Belt fl-okkazjoni tal-festa ta’ San Franġisk. L-attivita` tibda fl-4.30pm bil-purċissjoni, ikun hemm logħob u jinkludi l-ikel, tispiċċa
fid-9.00pm. Min hu interessat ikellem lil P. Joe jew lil Daniel Busuttil.

4. Bejn is-27 u 29 ta’ Settembru niċċelebraw il-Ħames Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tas-Sultana Tagħna.
Se jsiru xi Ċelebrazzjonijiet u d-dettalji jinsabu fin-Notice Boards u fuq il-Facebook page tal-Parroċċa.
Min jixtieq isir Fratell jew Konsorella fil-Konfratenita` tal-Madonna jista javviċina lis-Sinjuri Marianne Bonaci u Joe Debono.

5. Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru fil-Jum tal-Anniversarju se nagħtu l-opportunita` biex tiġu titolbu r-Rużarju għall-bżonnijiet tal-Komunita` Parrokkjali bejn l-10.00am u l-5.30pm quddiem ix-Xbieha INKURUNATA tal-Madonna.
Ħdejn in-Niċċa tal-Madonna se jkun hemm fejn tiktbu isimkom biex tibbukkjaw il-ħin biex jitmexxa r-Rużarju kull nofs siegħa.

6. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem, Joe Debono, Doris Zammit u Paul
Tabone.
Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem …

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433