F’din il-gurnata ta’ tniedija, il-Papa issokta jghid li x-xjuhija
hija rigal ghax in-nanniet u l-anzjani huma dik il-holqa li tghaqqad generazzjoni ma’ ohra ghax jghaddu liz-zghar l-esperjenzi taghhom tal-hajja. Hu lmenta li hafna drabi n-nanniet huma minsija u ninsew il-gid li jkunu ghamlu tul hajjiethom li minnu jgawdu l-generazzjonijiet ta’ warajhom.
Meta rrefera ghal festa tal-Presentazzjoni ta’ Gesu fit-Tempju, fejn ix-xwejjah Simeon u Anna ltaqaw mat-tfajjel Gesu u gharfuh bhala l-Messsija, il-Papa qal: “Issa wkoll l-Ispirtu s-Santu jqanqal hsibijiet u kliem ta’ gherf fl-anzjani. Il-vuci taghhom hi prezjuza ghax minnu johrog tifhir lil Alla u jippriserva l-gheruq ta’ kull poplu”. Emfasizza wkoll l-importanza lin-nanniet u n-neputijiet isiru jafu aktar lil xulxin, ghax kif jghid il-profeta Joel: “In-nanniet jaraw u n-neputijiet joholmu, waqt liz-zaghzagh jiehdu s-sahha minghand in-nanniet, jimxu ‘l quddiem u jipprofetizzaw.”
Fl-Enciklika “Fratelli Tutti”, il-Papa jfakkarna li hadd ma jsalva wahdu. B’dan il-hsieb irridu noghzzu l-gid spiritwali u materjali li gie mghoddi lilna minn generazzjoni ghall-ohra.
Il-fqar, il-bibbja u l-anzjani huma tlett prioritajiet fil-pontificat ta’ Papa Frangisku, prioritajet li huma destinati biex jimmarkaw il-futur tal-Knisja. Hekk stqarr Vittorio Scelzo li hu nkarigat mill-kura pastorali ta’ l-anzjani fid-dikasteru ghall-Lajci, Familja u Hajja.
taghna f’xi struttura ghal-kura ta’ l-anzjani u nserhu rasna u nghidu issa hemm min jiehu hsiebhom u daqshekk u nfarfru r-responsabbilta taghna lejhom.
Huma hafna n-nuqqasijiet li jsofru l-anzjani bin-nuqqas ta’ rispett u attenzjoni li jixirqilhom wara li jkunu ghaddew hajjiethom jahdmu ghal gid ta’ familthom u ghall-umanita in generali. Hemm ukoll minn ifarfar ir-reponsabbilta kollha fuq dawk li jibqaw id-dar mal-genituri u jhalluhom wahidhom biex jiehdu hsiebhom bhallikieku mhumiex il-genituri taghhom ukoll.
Meta s-sena l-ohra gie ccelebrat ghall-ewwel darba dan il-Jum, ghal din l-okkazzjoni il-Papa hareg messagg ta’ kuragg lill-anzjani: Jiena dejjem maghkom (Mt 28.20). Hu ssokta jghid li, ghalkemm l-anzjani jhossu li s-sahha qieghda tonqsilhom u jhossuhom dghajfa, xorta wahda ghandhom missjoni, dik li jharsu l-gheruq tal-familja u tas-socjeta taghna u li jwasslu l-fidi liz-zghar.
Cecilia Attard, ofs
0 Comments